This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1745
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1745 of 30 September 2015 entering a name in the register of traditional specialities guaranteed (Hollandse maatjesharing/Hollandse Nieuwe/Holländischer Matjes (TSG))
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1745 tat-30 ta' Settembru 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (Hollandse maatjesharing/Hollandse Nieuwe/Holländischer Matjes (STG))
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1745 tat-30 ta' Settembru 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (Hollandse maatjesharing/Hollandse Nieuwe/Holländischer Matjes (STG))
ĠU L 256, 1.10.2015, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1745
tat-30 ta' Settembru 2015
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (Hollandse maatjesharing/Hollandse Nieuwe/Holländischer Matjes (STG))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni mressqa min-Netherlands għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Hollandse maatjesharing”/“Hollandse Nieuwe”/“Holländischer Matjes” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma waslitilha l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Hollandse maatjesharing”/“Hollandse Nieuwe”/“Holländischer Matjes”, għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Hollandse maatjesharing”/“Hollandse Nieuwe”/“Holländischer Matjes”, (STG) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.7 — Ħut frisk, molluski u krustaċji friski u prodotti magħmulin minnhom — tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 156, 12.5.2015, p. 19.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).