EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0252R(01)

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/252/UE tal- 14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ( ĠU L 134, 7.5.2014 )

ĠU L 331, 18.11.2014, p. 40–40 (BG, ES, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, MT, NL, PL, RO, SK, SL, FI)
ĠU L 331, 18.11.2014, p. 41–41 (DA, PT)
ĠU L 331, 18.11.2014, p. 43–43 (CS, SV)
ĠU L 331, 18.11.2014, p. 45–45 (HU)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/252/corrigendum/2014-11-18/oj

18.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/40


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/252/UE tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 134 tas-7 ta' Mejju 2014 )

F'paġna 1, il-premessa 3:

minflok:

“(3)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.”

,

aqra:

“(3)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika, b'ittra tal-21 ta' Settembru 2012, ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.”

.


Top