Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0416

2012/416/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Lulju 2012 li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Belġju (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4933)

ĠU L 194, 21.7.2012, p. 33–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2023; Imħassar b' 32023D2804 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/416/oj

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Lulju 2012

li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Belġju

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4933)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(2012/416/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi tal-majjali, il-kontenut ta’ laħam dgħif għandu jkun ivvalutat permezz ta’ metodi ta’ klassifikazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni, u dawn il-metodi jistgħu jkunu biss metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-qies fiżiku ta’ parti anatomika waħda jew aktar tal-karkassa tal-majjal. L-awtorizzazzjoni tal-metodi ta’ klassifikazzjoni hija soġġetta għall-konformità b’tolleranza massima għal żball statistiku fil-valutazzjoni. Id-definizzjoni ta' din it-tolleranza tinsab fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (2).

(2)

Bid-Deċiżjoni 97/107/KE (3), il-Kummissjoni awtorizzat l-użu ta' ħames metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Belġju.

(3)

Minħabba t-tibdiliet fil-popolazzjoni tal-majjali, fil-preżent il-formuli matematiċi użati ma’ dawn il-metodi qed jissottovalutataw il-kontenut ta’ laħam dgħif. Għaldaqstant, huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-formula tal-metodi awtorizzati u li jinkisbu u jiġu użati tliet metodi ġodda ta’ klassifikazzjoni.

(4)

Il-Belġju talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza tmien metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tiegħu, u ppreżenta deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, u indika l-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawn il-metodi, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tiegħu, u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwali tal-laħam dgħif fil-protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008.

(5)

Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għaldaqstant, dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati fil-Belġju.

(6)

Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni m’għandhomx ikunu permessi, sakemm dawn ma jkunux awtorizzati b’mod espliċitu permezz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

(7)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, għandha tiġi revokata d-Deċiżjoni 97/107/KE.

(8)

Minħabba ċ-ċirkustanzi tekniċi waqt l-introduzzjoni ta’ apparat ġdid u ekwazzjonijiet ġodda, il-metodu għall-klassifikazzjoni ta’ karakassi tal-majjali awtorizzat bid-Deċiżjoni 97/107/KE għandu jibqa’ japplika sat-30 ta’ Settembru 2012.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fil-Belġju:

(a)

l-apparat "Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 1 tal-Anness;

(b)

l-apparat "Giralda Choirometer Pork Grader (PG 200)" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 2 tal-Anness;

(c)

l-apparat "Hennessy Grading Probe (HGP 4)" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness;

(d)

l-apparat "Fat-O-Meat’er (FOM II)" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 4 tal-Anness;

(e)

l-apparat "OptiScan TP" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 5 tal-Anness;

(f)

l-apparat "CSB Image-Meater" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 6 tal-Anness;

(g)

l-apparat "VCS 2000" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 7 tal-Anness;

(h)

l-apparat "AutoFOM III" u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 8 tal-Anness.

Artikolu 2

Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta' klassifikazzjoni awtorizzati ma għandhomx ikunu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 97/107/KE hija revokata.

Madankollu, sat-30 ta’ Settembru 2012, il-Belġju jista’ jkompli japplika l-metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali awtorizzati skont id-Deċiżjoni 97/107/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 39, 8.2.1997, p. 17.


ANNESS

METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FIL-BELĠJU

PARTI 1

Capteur gras/maigre – Sydel (CGM)

1.

Ir-regoli stipulati f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala "Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)".

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda (probe) Sydel ta’ definizzjoni għolja, 8 mm fil-wisa’, dajowd li jagħti dawl infra-aħmar (Honeywell) u żewġ sensuri tad-dawl (Honeywell). Id-distanza operattiva għandha tkun bejn 0 u 105 mm. Il-valuri mkejla għandhom jiġu kkonvertiti f'kontenut ta' laħam dgħif stmat mis-CGM innifsu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Ŷ = 66,09149 – 0,82047 × X1 + 0,10762 × X2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f’karkassa,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla 6 ċm ’l barra mil-linja tal-qsim bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar.

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin, fl-istess post u bl-istess mod bħal X1.

Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kilogramma.

PARTI 2

Giralda choirometer pork grader (PG200)

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala "Giralda Choirometer Pork Grader (PG 200)".

2.

L-apparat PG200 għandu jiġi mgħammar b’sonda (Siemens KOM 2110) b’fond ta’ 6 mm, dajowd tad-dawl (LED Siemens F 28) u sensur tad-dawl (Siemens F 232). Id-distanza operattiva għandha tkun bejn 0 u 125 mm. Il-valuri mkejla għandhom jiġu kkonvertiti f'kontenut ta' laħam dgħif stmat mill-apparat PG200 innifsu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Ŷ = 70,09860 – 0,84616 × X1 + 0,091860 × X2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f’karkassa,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla b’mod perpendikulari għad-dahar tal-karkassa (7 ċm ’il barra mil-linja tal-qsim fuq barra u ± 4 cm ’il barra mil-linja tal-qsim fuq ġewwa) bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar,

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin, fl-istess post u bl-istess mod bħal X1

Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kilogramma.

PARTI 3

Hennessy grading probe (HGP4)

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala l-"Hennessy Grading Probe (HGP4)".

2.

L-apparat HGP4 għandu jkun mgħammar b’sonda b’dijametru ta' 5,95 millimetri (u ta' 6,3 millimetru fix-xafra ta' fuq is-sonda) li jkun fiha fotodajowd u fotoditekter u li jkollha distanza operattiva ta' bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu kkonvertiti f'kontenut ta' laħam dgħif permezz tal-apparat HGP4 innifsu jew permezz ta' kompjuter li jkun imqabbad miegħu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Ŷ = 70,37871 – 0,86986 × X1 + 0,080138 × X2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f’karkassa,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla 6 ċm ’l barra mil-linja tal-qsim bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar.

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin, fl-istess post u bl-istess mod bħal X1.

Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kilogramma.

PARTI 4

Fat-O-Meat’er (FOM II)

1.

Ir-regoli stipulati f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala "Fat-O-Meat'er (FOM II)".

2.

L-apparat huwa verżjoni ġdida tas-sistema tal-kejl Fat-O-Meat'er. Il-FOM II jikkonsisti f’sonda ottika b'sikkina, tagħmir għall-kejl tal-fond li jkollu distanza operattiva ta' bejn 0 u 125 mm u bord tal-akkwist u l-analiżi tad-dejta - kompjuter Carometec Touch Panel i15 (Ingress Protection IP69K). Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz tal-apparat FOM II innifsu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Ŷ = 68,85997 – 0,94985 × X1 + 0,088314 × X2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f’karkassa,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla b’mod perpendikulari għad-dahar tal-karkassa (7 ċm ’il barra mil-linja tal-qsim fuq barra u ± 4 ċm ’il barra mil-linja tal-qsim fuq ġewwa) bejn it-tieni u t-tielet kustilja tal-aħħar,

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin, fl-istess post u bl-istess mod bħal X1.

Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kilogramma.

PARTI 5

OptiScan TP

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala "OptiScan TP".

2.

L-apparat Optiscan-TP għandu jkun mgħammar b’apparat tal-immaġni diġitali li jieħu ritratt illuminat taż-żewġ punti tal-kejl fuq il-karkassi. L-immaġnijiet għandhom ikunu l-bażi għall-kalkolu tal-ħxuna tax-xaħam u tal-muskolu skont il-metodu taż-żewġ punti “Zwei-Punkte Messverfahren (ZP)”.

Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-apparat Optiscan-TP nnifsu. Ir-ritratti jinħażnu u mbagħad aktar tard jistgħu jiġu kkontrollati. L-interfaċċa Bluetooth® integrata tippermetti t-trasferiment faċli tad-dejta.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 58,81491 – 0,64150 × X1 + 0,16873 × X2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f’karkassa,

X1

=

il-ħxuna minima tax-xaħam (inkluża l-ġilda ta’ barra) f’millimetri, fuq il-M. gluteus medius,

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari f'millimetri, imkejla bħala l-iqsar distanza bejn it-tarf ta' quddiem (il-kranju) tal-M. gluteus medius sat-tarf ta' fuq (dorsali) tal-kanal tal-ispina.

Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kilogramma.

PARTI 6

CSB Image Meater (CSB)

1.

Ir-regoli stipulati f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta' apparat magħruf bħala "CSB Image-Meater".

2.

l-apparat CSB-Image-Meater huwa sistema ta’ pproċessar ta’ immaġni onlajn fejn permezz ta’ sistema ta’ kamera, in-nofsijiet ta’ karkassa jiġu ffilmjati awtomatikament. Id-dejta dwar l-immaġni mbagħad tiġi pproċessata f'kompjuter permezz ta' softwer speċjali tal-ipproċessar tal-immaġni. Il-varjabbli tas-CSB-Image-Meater huma kollha mkejla f’nofs il-linja tal-parti tal-perżuta (madwar il-M. gluteus medius). Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu fi stimi tal-perċentwali tal-laħam dgħif bl-użu tal-kompjuter.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 71,65733 – (0,22223 × S) + (0,032383 × F) – (0,20522 × MS) + (0,053050 × MF) – (0,13195 × WL) – (0,16384 × WaS)

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f’karkassa,

S

=

il-ħxuna minima tax-xaħam (inkluża l-ġilda ta’ barra) f’millimetri, fuq il-M. gluteus medius,

F

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari f'millimetri, imkejla bħala l-iqsar distanza bejn it-tarf ta' quddiem (il-kranju) tal-M. gluteus medius sat-tarf ta' fuq (dorsali) tal-kanal tal-ispina,

MS

=

il-ħxuna medja tax-xaħam fuq il-M. gluteus medius (mm),

MF

=

il-ħxuna medja tal-muskolu taħt il-M. gluteus medius (mm),

WL

=

it-tul medju tal-vertebri inklużi d-disks tal-ispina (mm),

WaS

=

il-ħxuna medja tax-xaħam fuq l-ewwel (1) vertebra mkejla (a) (mm)

4.

Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mill-Belġju skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008.

Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kg.

PARTI 7

VCS 2000

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala "VCS 2000".

2.

L-apparat VCS 2000 huwa sistema ta’ pproċessar ta’ immaġni onlajn fejn permezz ta’ sistema ta’ kamera, in-nofsijiet ta’ karkassa jiġu ffilmjati awtomatikament. Id-dejta dwar l-immaġni mbagħad tiġi pproċessata f'kompjuter permezz ta' softwer speċjali tal-ipproċessar tal-immaġni. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 51,85549 + (0,013351 × TL1) + (0,020216 × TL4) + (0,012917 × TL6) – (0,0061754 × TL7) + (0,014479 × TL8) – (0,000020016 × HF13) – (0,0067020 × HL7) – (0,015821 × HL8) + (10,97550 × HV1) – (0,000010969 × HF26) – (0,00043912 × HF28) – (0,000021232 × HF31) – (0,000019406 × HF34) – (0,024227 × HL15) – (0,0099866 × HL17) – (0,0085447 × HL18) – (0,020238 × HL20) – (0,0086577 × HL21) – (0,0076468 × HL23) – (0,0074809 × HL24) + (0,074204 × HV19) – (0,0058634 × HL31) – (0,015560 × SBAR1) – (0,015265 × SBAR2) – (0,019170 × SBAM2) + (0,043510 × VBAM2) – (0,026957 × FBAR4) – (0,010999 × KBAR4) – (0,018434 × FBAM4) – (0,017239 × SBAR5) + (0,072272 × VBAR5) – (0,0071030 × SBAM5) + (0,068737 × VBM5) – (3,68219 × TL2/TL8) – (1,17220 × TL5/TL8) – (3,19090 × TL7/TL8) + (4,49917 × TL1/TL5) + (9,13323 × TL4/TL5) + (4,82528 × TL6/TL5) – (6,62198 × HL15/HL7) – (2,36961 × HL17/HL7) – (1,75295 × HL18/HL7) – (5,58346 × HL20/HL7) – (1,66395 × HL23/HL7) + (2,85610 × HL30/HL7) + (0,0034487 × HL1/HL18) + (0,0036430 × HL4/HL18) + (0,0046569 × HL9/HL18) + (0,096880 × HL10/HL18) + (0,0051002 × HL12/HL18) + (0,076501 × HL13/HL18) + (0,0054646 × HL14/HL18) – (1,49515 × HL15/HL18) – (1,18547 × HL20/HL18) + (0,082962 × HL27/HL18) + (0,071890 × HL30/HL18) + (0,086655 × HL32/HL18) + (44,62296 × HF2/HF1) – (44,62325 × HF3/HF1) + (26,92160 × HF4/HF1) – (2,60469 × HF26/HF1) – (138,22300 × HF28/HF1) – (5,26517 × HF31/HF1) – (4,09877 × HF34/HF1) + (108,30840 × HF37/HF1) + (8,05099 × HF40/HF1) + (0,30959 × HF4/HF26) + (1,21963 × HF20/HF26) – (20,88758 × HF28/HF26) + (1,67606 × HF37/HF26) + (0,15193 × HF40/HF26)

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f’karkassa,

TL1, TL4, TL6 … HF40/HF/26 huma l-varjabbli mkejla f’VCS 2000.

4.

Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mill-Belġju skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008.

Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kg.

PARTI 8

AutoFOM III

1.

Ir-regoli stipulati f'din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta' apparat magħruf bħala "AutoFOM III".

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il transdjuser ultrasoniċi ta’ 2 MHz (Carometec A/S), b’distanza operattiva bejn it-transdjusers ta’ 25 mm. Id-dejta ultrasonika għandha tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, il-ħxuna tal-muskolu u l-parametri relatati. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinbidlu fi stimi tal-perċentwali tal-laħam dgħif bl-użu ta’ kompjuter

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 72,82182 – (0,055746 × R2P2) – (0,056757 × R2P3) – (0,054895 × R2P4) – (0,055823 × R2P6) – (0,056800 × R2P7) – (0,054876 × R2P8) – (0,056419 × R2P10) – (0,055541 × R2P11) – (0,022251 × R2P13) – (0,022702 × R2P14) – (0,051975 × R2P15) – (0,030301 × R2P16) + (0,011064 × R3P1) + (0,011312 × R3P3) + (0,011353 × R3P5) + (0,011789 × R3P6) + (0,012286 × R3P7) + (0,010915 × R3P9) – (0,033450 × R4P7) – (0,020275 × R4P8) – (0,032423 × R4P9) – (0,038300 × R4P10) – (0,062709 × R4P11) – (0,027456 × R4P12) – (0,052494 × R4P13) – (0,064748 × R4P15) – (0,076343 × R4P16)

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f’karkassa,

R2P2, R2P3, R2P4 … R4P16 — huma l-varjabbli mkejla permezz tal-AutoFOM III.

4.

Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mill-Belġju skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008.

Din il-formula għandha tkun valida għal karkassa li tiżen bejn 60 u 130 kg.


Top