This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0790
2011/790/EU: Council Decision of 14 November 2011 on the signing of a Voluntary Partnership Agreement between the European Union and the Central African Republic on forest law enforcement, governance and trade in timber and derived products to the European Union (FLEGT)
2011/790/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Novembru 2011 dwar l-iffirmar ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tar-Regolamenti tal-Forestrija, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Injam u tal-Prodotti Derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)
2011/790/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Novembru 2011 dwar l-iffirmar ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tar-Regolamenti tal-Forestrija, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Injam u tal-Prodotti Derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)
ĠU L 320, 3.12.2011, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
3.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 320/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Novembru 2011
dwar l-iffirmar ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tar-Regolamenti tal-Forestrija, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Injam u tal-Prodotti Derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)
(2011/790/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l- l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(3) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F’Mejju 2003, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “L-Infurzar tar-Regolamenti tal-Forestrija, Governanza u Kummerċ (FLEGT) – Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea”, li għamlet appell għal miżuri biex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar permezz tal-iżvilupp ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja mal-pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dan il-Pjan ta’ Azzjoni ġew adottati f’Ottubru tal-2003 (1) u l-Parlament Ewropew għadda riżoluzzjoni dwar dan is-suġġet fil-11 ta’ Lulju tal-2005 (2). |
(2) |
Fil-5 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati dwar ftehimiet ta’ sħubija sabiex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni fwar il-FLEGT. |
(3) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2173/2005 (3) għall-għoti ta’ liċenzji għall-importazzjonijiet tal-injam fl-Unjoni minn pajjiżi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja. |
(4) |
In-negozjati mar-Repubblika Ċentru-Afrikana ġew konklużi, u l-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tar-Regolamenti tal-Forestrija, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Injam u tal-Prodotti Derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie inizjalat fil-21 ta’ Diċembru 2010. |
(5) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tar-Regolamenti tal-Forestrija, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Injam u tal-Prodotti Derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI
(1) ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.
(2) ĠU C 157E, 6.7.2006, p. 482.
(3) ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.
(4) It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat b’mod konġunt mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.