Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1161

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2011 tal- 14 ta’ Novembru 2011 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 fir-rigward tal-listi ta’ sustanzi minerali li jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 296, 15.11.2011, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1161/oj

15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1161/2011

tal-14 ta’ Novembru 2011

li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 fir-rigward tal-listi ta’ sustanzi minerali li jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA),

Billi:

(1)

L-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE jistabbilixxi l-lista ta’ vitamini u sustanzi minerali li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel. Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1170/2009 (4) issostitwixxa l-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/46/KE. Il-modifiki lil-lista fl-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE kif immodifikata minn dak ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3) tagħha.

(2)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jistabbilixxi l-lista tal-vitamini u s-sustanzi minerali li jistgħu jiżdiedu mal-ikel.

(3)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 (5) jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi li jistgħu jiżdiedu għal skopijiet nutrittivi speċifiċi fl-ikel għal użijiet nutrittivi partikolari.

(4)

L-EFSA evalwat sustanzi minerali ġodda għall-użu fl-ikel. Is-sustanzi li l-EFSA esprimiet opinjoni favorevoli dwarhom għandhom jiżdiedu mal-listi f’dawk l-atti.

(5)

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati permezz tal-Grupp Konsultattiv dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u tal-Pjanti u l-kummenti mogħtija ġew ikkunsidrati.

(6)

Id-Direttiva 2002/46/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 u r-Regolament (KE) Nru 953/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponiehom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Punt B tal-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

dawn il-punti għandhom jiddaħħlu wara “fosfat ferruż”

“fosfat ferruż tal-ammonju

EDTA ferriku tas-sodju”

(b)

dawn li ġejjin jiddaħħlu wara “melħ tas-sosdju tal-aċidu ortofosforiku”:

“sulfat tas-sodju

sulfat tal-potassju”.

Artikolu 2

Il-Punt 2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 huwa emendat kif ġej:

(a)

dawn il-punti għandhom jiddaħħlu wara “sulfat ferruż”

“fosfat ferruż tal-ammonju

EDTA ferriku tas-sodju”

(b)

dan li ġej jiddaħħal wara “sulfat tal-kromu (III) u l-eżaidrat tiegħu”:

“pikolinat tal-kromu”.

Artikolu 3

Il-Kategorija 2 (Minerali) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 953/2009 hija emendata kif ġej:

(a)

dawn il-punti għandhom jiddaħħlu wara “sulfat ferruż”

“fosfat ferruż tal-ammonju

x

 

EDTA ferriku tas-sodju

x”

 

(b)

dan li ġej jiddaħħal wara “sulfat tal-kromu (III) u l-eżaidrat tiegħu”:

“pikolinat tal-kromu

x”

 

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(2)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(3)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.

(4)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 36.

(5)  ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9.


Top