EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0791

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/791/PESK ta' l- 4 ta’ Diċembru 2007 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH)

ĠU L 317, 5.12.2007, p. 83–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/791/oj

5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/83


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/791/PESK

ta' l-4 ta’ Diċembru 2007

li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/749/PESK tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH) (1) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 23(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Novembru 2007 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK li tistabbilixxi li l-EUPM fil-BiH għandha titkompla sal-31 ta’ Diċembru 2009. L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-2008 u għall-2009 għandu jiġi deċiż fuq bażi annwali.

(2)

Il-mandat ta' l-EUPM ser jiġi implimentat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tkun ta' ħsara għall-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK għandu jkun ta’ EUR 14 800 000 għall-2008.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi ġestita skond il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m'għandux jibqa' l-proprjetà tal-Komunità.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħnula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 40.


Top