EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0042

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/42/KE tad- 29 ta’ Ġunju 2007 dwar materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 172, 30.6.2007, p. 71–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/42/oj

30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/71


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/42/KE

tad-29 ta’ Ġunju 2007

dwar materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/10/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar il-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Il-miżuri tal-Komunità kkunsidrati minn din id-Direttiva mhumiex biss meħtieġa imma wkoll indispensabbli biex jintlaħqu l-objettivi tas-suq intern. Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu individwalment mill-Istati Membri. Barra minn dan, it-twettiq tagħhom fil-livell tal-Komunità huwa diġà previst mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

(3)

Biex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 fil-każ ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża, l-istrument xieraq kien direttiva speċifika fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

(4)

Kisi sintetiku ta’ ċelluloża riġenerata għandu jkun is-suġġett ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi.

(5)

Il-metodu biex jiddetermina n-nuqqas ta’ ċaqliq ta’ sustanzi koloranti għandu jkun stabbilit fi stadju aktar avvanzat.

(6)

Sakemm jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ purità u metodi ta’ l-analiżi, id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(7)

Lista ta’ sustanzi approvati, flimkien mal-limiti ta’ kwantitajiet li għandhom jintużaw, f’dan il-każ speċifiku huwa biżżejjed biex fil-prinċipju jintlaħaq l-iskop stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

(8)

Madankollu, il-bis(2-hydroxyethyl)ether (= diethyleneglycol) u ethanediol (= monoethyleneglycol), jistgħu jiċċaqalqu estensivament lejn ċertu ikel u għalhekk biex tiġi evitata din il-possibiltà, bħala miżura preventiva, huwa aktar xieraq li tkun stabbilita definittivament il-kwantità massima awtorizzata ta’ sustanzi bħal dawn fl-ikel li kienu f’kuntatt ma’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża.

(9)

Biex tkun protetta s-saħħa tal-konsumatur, kuntatt dirett bejn l-ikel u superfiċji stampati ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għandu jkun evitat.

(10)

Id-dikjarazzjoni bil-miktub li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 għandha tkun prevista fil-każ ta’ l-użu professjonali ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel, apparti minn dawk li, fin-natura tagħhom, huma intiżi għal dan l-użu.

(11)

Ir-regoli li jridu jiġu applikati għat-tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża għandhom ikunu speċifiċi għan-natura tas-saff f’kuntatt ma’ l-oġġett ta’ l-ikel. Għal din ir-raġuni, il-ħtiġijiet għal tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati miksija b’kisi li jikkonsisti mill-plastik, għandhom ikunu differenti minn dawk previsti għal tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati mhux miksija jew miksija b’kisi li joriġina miċ-ċelluloża.

(12)

Sustanzi awtorizzati biss għandhom jintużaw fil-fabbrikazzjoni tat-tipi kollha ta’ tertuqa taċ-ċelluloża riġenerati, inkluż tertuqa taċ-ċelluloża riġenerati miksija bil-plastik.

(13)

Fil-każ ta’ tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati miksija b’kisi li jikkonsisti mill-plastik, is-saff f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel jikkonsisti minn materjali simili għal materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel. Għalhekk huwa xieraq li r-regoli previsti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE tas-6 ta’ Awwissu 2002 li għandhom x’jaqsmu ma’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (4) japplikaw ukoll għal dawn it-tertuqi.

(14)

Fl-interess ta’ konsistenza ta’ leġislazzjoni Komunitarja, il-kontroll ta’ konformità ta’ tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża miksija bil-plastik mal-limiti ta’ ċaqliq stabbiliti mid-Direttiva 2002/72/KE għandha titwettaq skond ir-regoli preskritti fid-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE tat-18 ta’ Ottubru 1982 li tippreskrivi r-regoli bażiċi meħtieġa għat-testjar taċ-ċaqliq tal-kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (5) u d-Direttiva tal-Kunsill 85/572/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1985 li tippreskrivi l-lista ta’ simulanti li jridu jintużaw għall-ittestjar taċ-ċaqliq ta’ kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (6).

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(16)

Id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva hija direttiva speċifika fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004,

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża fit-tifsira mogħtija fl-Anness I, intiża biex tiġi f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel jew li, minħabba l-iskop tagħha, tiġi f’dan it-tip ta’ kuntatt, u li jew:

(a)

tikkostitwixxi prodott lest fiha nnifsha, jew

(b)

tifforma parti minn prodott lest li fih materjali oħra.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kisi sintetiku ta’ ċelluloża riġenerata.

Artikolu 2

It-tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża msemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom jappartjenu għal wieħed minn dawn it-tipi li ġejjin:

(a)

tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża mhux miksi;

(b)

tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksi bil-kisi li joriġina miċ-ċelluloża; jew

(ċ)

tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksi bil-kisi li jikkonsisti mill-plastik.

Artikolu 3

1.   Tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati msemmija f’punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 2 għandhom jiġu fabbrikati biss permezz ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla f’lista fl-Anness II bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fih.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, is-sustanzi apparti dawk elenkati fl-Anness II, jistgħu jkunu użati meta dawn is-sustanzi jkunu maħsuba bħala sustanzi koloranti (kuluri u pigmenti) jew bħala adesivi, sakemm ma jkun hemm l-ebda traċċa ta’ ċaqliq tas-sustanzi fi jew fuq l-ikel, li jistgħu jkunu osservati b’metodu validat.

Artikolu 4

1.   Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża msemmija fil-punt (c) ta’ l-Artikolu 2 għandhom jiġu fabbrikati biss, qabel il-kisi, permezz ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla f’lista fl-ewwel parti ta’ l-Anness II, bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fih.

2.   Il-kisi li jrid jiġi applikat lit-tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi fabbrikat biss permezz ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla f’lista fl-Annessi II sa VI mad-Direttiva 2002/72/KE, bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fih.

3.   Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża msemmija fil-punt (c) ta’ l-Artikolu 2 għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikoli 2, 7 u 8 tad-Direttiva 2002/72/KE.

Artikolu 5

Superfiċji stampati ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża m’għandhomx jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel.

Artikolu 6

1.   Fl-istadji tat-tqegħid fis-suq li m’humiex stadji ta’ bejgħ bl-imnut, il-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża li huma intiżi biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel għandhom ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni bil-miktub bi qbil mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża li fin-natura tagħhom huma intiżi biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel.

3.   Fil-każ li kondizzjonijiet speċjali ta’ l-użu huma indikati, il-materjal jew l-oġġett magħmul minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għandu jkun immarkat kif xieraq.

Artikolu 7

Id-Direttiva 93/10/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 8

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  ĠU L 93, 17.4.1993, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/14/KE (ĠU L 27, 30.1.2004, p. 48).

(3)  Ara l-Anness III, Parti A.

(4)  ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/19/KE (ĠU L 91, 31.3.2007, p. 17).

(5)  ĠU L 297, 23.10.1982, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/48/KE (ĠU L 222, 12.8.1997, p. 10).

(6)  ĠU L 372, 31.12.1985, p. 14. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/19/KE.


ANNESS I

DESKRIZZJONI TA’ TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA

Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża hija folja rqiqa ta’ materjal miksub minn ċelluloża raffinata li ġejja minn injam jew qoton mhux riċiklat. Biex jintlaħqu l-ħtiġiet tekniċi, sustanzi xierqa jistgħu jiżdiedu jew fil-massa jew fuq is-superfiċji. Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża tista’ tkun miksija fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat.


ANNESS II

LISTA TA’ SUSTANZI AWTORIZZATI FIL-MANIFATTURA TA’ TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA

NB:

Il-persentaġġi f’dan l-Anness, fl-ewwel u t-tieni parti, huma espressi f’piż/piż (w/w) u huma kkalkolati b’relazzjoni mal-kwantità ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża anidra mhux miksi.

Id-denominazzjonijiet tekniċi tas-soltu huma mogħtija fil-parentesi.

Is-sustanzi użati għandhom ikunu ta’ kwalità teknika tajba f’dak li għandu x’jaqsam mal-kriterji ta’ purità.

L-EWWEL PARTI

Tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża mhux miksija

Denominazzjonijiet

Restrizzjonijiet

A.

Ċelluloża riġenerata

Mhux inqas minn 72 % (w/w)

B.   

Addittivi

1.

Softeners

Mhux iktar minn 27 % (w/w) bħala total

Bis(2-hydroxyethyl) ether [= diethyleneglycol])

Biss għal tertuqa intiża biex tiġi miksija u imbagħad użata għall-ikel li mhux niedi, jiġifieri li ma fihx ilma li huwa fiżikament ħieles fil-wiċċ. L-ammont totali ta’ bis(2 hydroxyethyl)ether u ethanediol preżenti fl-ikel li kien f’kuntatt mat-tertuqa ta’ dan it-tip ma jistax jeċċedi 30 mg/kg ta’ l-ikel.

Ethanediol [= monoethyleneglycol]

1,3-butanediol

 

Glycerol

 

1,2-propanediol [= 1,2 propyleneglycol]

 

Polyethylene oxide [= polyethyleneglycol]

Piż molekolari medju bejn 250 u 1 200

1,2-polypropylene oxide [= 1,2 propyleneglycol]

Piż molekolari medju mhux akbar minn 400 u kontenut ħieles ta’ 1,3-propanediol mhux akbar minn 1 % (w/w) fis-sustanza

Sorbitol

 

Tetraethyleneglycol

 

Triethyleneglycol

 

Urea

 

2.

Addittivi oħra

Mhux aktar minn 1 % (w/w) bħala total

L-ewwel klassi

Il-kwantità tas-sustanza jew tal-grupp tas-sustanzi f’kull inċiż ma tistax teċċedi 2 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Aċidu aċetiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu

 

Aċidu askorbiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu

 

Aċidu benżojku u sodium benzoate

 

Aċidu formiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu

 

Aċidi tax-xaħmijiet lineari, niedja jew mhux niedja b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u wkoll aċidi behenic u ricinoleic u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K, Na, Al, Zn ta’ dawn l-aċidi

 

Aċidi ċitriċi, d u 1 lattiċi, malejċi, 1-tartariċi u l-imluħa Na u K tagħhom

 

Aċidu sorbiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu

 

Aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u wkoll l-amidi ta’ aċidi behemic u ricinoleic

 

Lamtu u dqiq naturali li jittiekel

 

Lamtu u dqiq li jittiekel modifikat bi trattament kimiku

 

Amylose

 

Karbonati u kloruri tal-kalċju u l-manjeżju

 

Esteri tal-glycrol b’aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u/jew b’aċidi adipiċi, ċitriċi, 12-hydroxystearic (oxystearin), ricinoleic

 

Esteri tal-polyoxyethylene (8 sa 14 gruppi ta’ oxyethylene) b’aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv

 

Esteri ta’ sorbitol b’aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv

 

Mono- u/jew di-esteri ta’ aċidu stearic b’ethanediol u/jew bis(2-hydroxyethyl) ether u/jew triethylene glycol

 

Osidi u idro-ossidi ta’ l-aluminju, tal-kalċju, tal-manjeżju u tas-silikon u tas-silikati u silikati idrati ta’ l-aluminju, l-kalċju, l-manjeżju u l-potassju.

 

Polyethylene oxide [= polyethyleneglycol]

Piż molekolari medju bejn 1 200 u 4 000

Sodju propjoniku

 

It-tieni klassi

Il-kwantità totali tas-sustanzi ma tistax teċċedi 1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija u l-kwantità tas-sustanza jew grupp ta’ sustanzi f’kull inċiż ma tistax teċċedi 0,2 mg/dm2 (jew limitu aktar baxx meta wieħed huwa speċifikat) tat-tertuqa mhux miksija.

Sodju alkiliku (C8 sa C18) benzene sulphonate

 

Sodju isopropiliku naphthalene sulphonate

 

Sodju alkiliku (C8 sa C18) sulfat

 

Sodju alkiliku (C8 sa C18) sulfonat

 

Sodju diocytlsulphosuccinate

 

Distearate ta’ dihydroxyethyl diethylene triamine monoacetate

Mhux aktar minn 0,05 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Sulfati lawrili ta’ l-ammonju, tal-manjeżju u tal-potassium

 

N,N′-distearoyl diaminoethane, N,N′-dipalmitoyl diaminoethane u N,N′-dioleoyl diaminoethane

 

2-heptadKEyl-4,4-bis(methylene-stearate) oxazoline

 

Polyethylene-aminostearamide ethylsulphate

Mhux aktar minn 0,1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

It-tielet klassi – Aġent li jorbot

Il-kwantità totali tas-sustanzi ma tistax teċċedi 1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Prodott ta’ kondensazzjoni ta’ melamine-formaldehyde mhux modifikat, jew li jista’ jkun immodifikat b’wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti li ġejjin:

Butanol, diethylenetriamine, ethanol, triethlyenetetramine, tetraethylenepentamine, tri-(2-hydroxyethyl) amine, 3,3′-diaminodipropylamine, 4,4′-diaminodibutylamine

Kontenut ħieles ta’ formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Kontenut ħieles ta’ melamine mhux akbar minn 0,3 mg/dm2 ta’ tertuqa mhux miksija

Prodott ta’ kondensazzjoni ta’ melamine-urea-formaldehyde modifikat b’tris-(2-hydroxyethyl)amine

Kontenut ħieles ta’ formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Kontenut ħieles ta’ melamine mhux akbar minn 0,3 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

“Cross-linked” cationic polyalkyleneamines:

(a)

reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq diaminopropylmethylamine u epichlorhydrin

(b)

reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq epichlorhydrin, aċidu adipiku, caprolactam, diethylenetriamine u/jew ethylenediamine

(c)

reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq aċidu adipiku, diethylenetriamine u epichlorhydrin, jew taħlita ta’ epichlorhydrin u ammonja

(d)

reżina polyamide-polyamine-epichlorhydrin ibbażata fuq epichlorhydrin, dimethyl, adipate u diethylenetriamine

(e)

reżina polyamide-polyamine-epichlorhydrin ibbażat fuq epichlorhydrin, adipamide u diaminopropylmethylamine

Bi qbil mad-direttivi tal-Komunità u fin-nuqqas tagħhom, mal-leġislazzjoni nazzjonali, pendenti fuq l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Komunità

Polyethyleneamines u polyethyleneimines

Mhux aktar minn 0,75 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Prodott ta’ kondensazzjoni ta’ urea-formaldehyde mhux modifikat, jew li jista’ jkun modifikat b’wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti li ġejjin:

aċidu aminomethylsulphonic, aċidu sulphanillic, butanol, diaminobutane, diaminodiethylamine, diaminodipropylamine, diaminopropane, diethylenetriamine, ethanol, guanidine, methanol, tetraethylenepentamine, triethylenetetramine, sodium sulphite

Kontenut ħieles ta’ formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Ir-raba’ klassi

Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 0,01 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Prodotti li jirriżultaw mir-reazzjoni ta’ l-amini taż-żjut ta’ l-ikel ma’ polyethylene oxide

 

Monoethanolamine lauryl sulphate

 


TIENI PARTI

Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksija

Denominazzjonijiet

Restrizzjonijiet

A.

Ċelluloża riġenerata

Ara l-ewwel parti

B.

Addittivi

Ara l-ewwel parti

C.   

Kisi

1.

Polimeri

Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 50 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Ethyl, hydroxyethyl, hydroxypropyl u methyl ethers ta’ ċelluloża

 

Nitrat taċ-ċelluloża

Mhux aktar minn 20 mg/dm2 ta’ kisi tat-tertuqa fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel; kontenut ta’ nitroġenu bejn 10,8 % (w/w) u 12,2 % (w/w) fin-nitrat taċ-ċelluloża

2.

Reżini

Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax taqbeż 12,5 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel u biss għat-tħejjija ta’ tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża b’kisi bil-bażi ta’ nitrat taċ-ċelluloża

Kaseina

 

Kolofonija u/jew il-prodotti tagħha ta’ polimerizzazzjoni, idroġenizzazzjoni, jew disproporizzazzjoni u l-esteri tagħhom ta’ methyl, ethyl, jew C2 sa C6 polyvalent alkoħol, jew taħlitiet ta’ dawn l-alkoħol

 

Kolofonija u/jew il-prodotti tagħha ta’ polimerizzazzjoni, idroġenizzazzjoni, jew disproporizzazzjoni ikkondensati b’aċidi alryliċi, maleic, citric, fumaric u/jew phthalic u/jew 2,2 bis (4-hydroxyphenyl) propane formaldehyde u “esterified” b’methyl ethyl jew C2 sa C6 polyvalent alkoħols, jew taħlit ta’ dawn l- alkoħol

 

Esteri derivati minn bis(2-hydroxyethyl) ether bi prodotti addizzjonali ta’ betapinene u/jew dipentene u/jew diterpene u maleic anhydride

 

Ġelatina li tittiekel

 

Żejt tar-rignu u l-prodotti tiegħu ta’ deidratazzjoni jew idroġenizzazzjoni u l-prodotti tiegħu ta’ kondensazzjoni ma’ polyglycerol, aċidi adipic, citric, maleic, phthalic u sebacic

 

Gomma naturali [= damar]

 

Poly-beta-pinene [= reżini terpenic]

 

Reżini urea-formaldehyde (ara “anchoring agents”)

 

3.

Plasticizers

Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 6 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Acetyl tributyl citrate

 

Acetyl tri(2-ethylhexyl) citrate

 

Di-isobutyl adipate

 

Di-n-butyl adipate

 

Di-n-hexyl azelate

 

Dicyclohexyl phthalate

Mhux aktar minn 4,0 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

2-ethylhexyl diphenyl phosphate (sinonimu: phosphoric acid diphenyl 2-ethylhexyl ester)

L-ammont ta’ 2-ethylhexyl diphenyl phosphate m’għandux jaqbeż:

(a)

2,4 mg/kg ta’ l-oġġett ta’ l-ikel f’kuntatt ma’ dan it-tip ta’ film, jew

(b)

0.4 mg/dm2 fil-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Glycerol monoacetate [= monoacetin]

 

Glycerol diacetate [= diacetin]

 

Glycerol triacetate [= triacetin]

 

Di-butyl-sebacate

 

Di-n-butyl tartrate

 

Di-isobutyl tartrate

 

4.

Addittivi oħra

Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 6 mg/dm2 fit-tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża, inkluż fil-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

4.1.

Addittivi mniżżla fl-ewwel parti:

L-istess restrizzjonijiet bħal fl-ewwel parti (però l-kwantitajiet f’mg/dm2 jirreferu għal tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża mhux miksi, inkluż fil-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel)

4.2.

Additivi speċifiċi tal-kisi:

Il-kwantità tas-sustanza jew grupp ta’ sustanzi f’kull inċiż m’għandhiex taqbeż iż-2 mg/dm2 (jew limitu inqas meta wieħed ikun speċifikat) tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-ikel.

1-hexadecanol u 1-octadecanol

 

Esteri ta’ aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u ta’ aċidu ricinoleic ma’ ethyl, butyl, amyl, oleyl linear alkoħols

 

Xemgħa montan, li tikkomprendi aċidi montanic purifikati (C26 sa C32) u/jew l-esteri tagħhom b’ethanediol u/jew 1,3 butanediol u/jew l-imluħa tal-kalċju u potassju tagħhom

 

Xemgħa karnawba

 

Xemgħa tan-naħal

 

Xemgħa esparto

 

Xemgħa kandelilla

 

Dimethylpolysiloxane

Mhux aktar minn 1 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Żejt tal-fażola tas-soya epossidat (kontenut ta’ oxirane 6 sa 8 %)

 

Paraffina raffinata u xemgħa mikrokristallina

 

Pentaerythritol tetrastearate

 

Mono u bis(octadKEyldiethyleneoxide)-phosphates

Mhux aktar minn 0,2 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Aċidi alifatiċi (C8 sa C20) “esterifikati” b’mono- jew di-(2-hydroxyethyl)amine

 

2- u 3-tert.butyl-4-hydroxyanisole – [= [butylated hydroxyanisole – BHA]

Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

2,6-di-tert.butyl-4-methylphenol [= butylated hydroxytoluene - BHT]

Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Di-n-octyltin-bis(2-ethylhexyl) maleate

Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

5.

Solventi

Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax taqbeż 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Butyl acetate

 

Ethyl acetate

 

Isobutyl acetate

 

Isopropyl acetate

 

Propyl acetate

 

Acetone

 

1-butanol

 

Ethanol

 

2-butanol

 

2-propanol

 

1-propanol

 

Cyclohexane

 

Ethyleneglycol monobutyl ether

 

Ethyleneglycol monobutyl ether acetate

 

Methyl ethyl ketone

 

Methyl isobutyl ketone

 

Tetrahydrofuran

 

Toluene

Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel


ANNESS III

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 7)

Direttiva tal-Kummissjoni 93/10/KEE

(ĠU L 93, 17.4.1993, p. 27).

Direttiva tal-Kummissjoni 93/111/KE

(ĠU L 310, 14.12.1993, p. 41).

Direttiva tal-Kummissjoni 2004/14/KE

(ĠU L 27, 30.1.2004, p. 48).

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 7)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

93/10/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1994.

l-1 ta’ Jannar 1994 (1)

l-1 ta’ Jannar 1994 (2)

l-1 ta’ Jannar 1995 (3)

93/111/KE

2004/14/KE

fid-29 ta’ Lulju 2005.

id-29 ta’ Lulju 2005 (4)

id-29 ta’ Jannar 2006 (5)


(1)  Skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 93/10/KEE: “L-Istati Membri għandhom jippermettu, mill-1 ta' Jannar 1994, il-kummerċ u l-użu ta' tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel li huma konformi ma' din id-Direttiva.”

(2)  Skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 5(1)tad-Direttiva 93/10/KEE: “L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu, mill-1 ta' Jannar 1994, il-kummerċ u l-użu ta' tertuqa taċ-ċelluloża riġenerata li hija ntiża biex tiġi f'kuntatt mal-oġġetti ta' l-ikel u li la hija konformi ma' din id-Direttiva u lanqas mad-Direttiva 83/229/KEE, apparti mit-tertuqa li d-Direttiva 92/15/KEE tipprojbixxi mill-1 ta' Lulju 1994.”

(3)  Skond it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 93/10/KEE: “L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu, mill-1 ta’ Jannar 1995, il-kummerċ u l-użu ta’ materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiżi biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel li ma humiex konformi ma’ din id-Direttiva imma li kienu konformi mad-Direttiva 83/229/KEE.”

(4)  Skond il-punt (a) ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/14/KE: “L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b’tali mod illi jippermettu l-kummerċ u l-użu ta’ tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża li huwa maħsub sabiex jiġi f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, mid-29 ta’ Lulju 2005.”

(5)  Skond il-punt (b) ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/14/KE: “L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b’tali mod illi jipprojbixxu l-fabbrikazzjoni u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ tertuqa taċ-ċelluloża riġenerat li huwa maħsub sabiex jiġi f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel u li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mid-29 ta’ Jannar 2006.”


ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 93/10/KEE

Din id-Direttvia

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(3), kliem tal-bidu, punt (b)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1a

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 2a

Artikolu 4

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV


Top