Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62021TA0478

    Kawża T-478/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – Les Éditions P. Amaury vs EUIPO – Golden Balls (BALLON D’OR) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BALLON D’OR – Użu ġenwin tat-trade mark – Revoka parzjali – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Prova tal-użu ġenwin – Evalwazzjoni tal-provi – Klassifikazzjoni tas-servizzi”)

    ĠU C 340, 5.9.2022, p. 39/39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/39


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – Les Éditions P. Amaury vs EUIPO – Golden Balls (BALLON D’OR)

    (Kawża T-478/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BALLON D’OR - Użu ġenwin tat-trade mark - Revoka parzjali - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Prova tal-użu ġenwin - Evalwazzjoni tal-provi - Klassifikazzjoni tas-servizzi”)

    (2022/C 340/53)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Les Éditions P. Amaury (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u M. Laborde, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Chylińska u J. Crespo Carrillo, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Hawkins, solicitor, T. Dolde u V. Pati, avukati)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 1073/2020-4).

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 1073/2020-4) hija annullata sa fejn din ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara r-revoka tat-trade mark fir-rigward tas-servizzi ta’ “divertiment”, ta’ “divertiment fuq it-televiżjoni” u ta’ “organizzazzjoni u kompetizzjonijiet (divertiment)”, inklużi fil-klassi 41 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 382, 20.9.2021.


    Arriba