Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XC0731(02)

    Proċeduri ta’ likwidazzjoni Id-Deċiżjoni li jinfetħu proċedimenti ta’ falliment għal “Societatea Certasig — Societate de Asigurtare și Reasiguras — S.A.” (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (L-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni)) 2020/C 251/14

    PUB/2020/617

    ĠU C 251, 31.7.2020, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 251/19


    Proċeduri ta’ likwidazzjoni

    Id-Deċiżjoni li jinfetħu proċedimenti ta’ falliment għal “Societatea Certasig — Societate de Asigurtare și Reasiguras — S.A.”

    (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (L-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni))

    (2020/C 251/14)

    Impriża tal-assigurazzjoni

    “Societatea Certasig — Societate de Asigurare și Reasigurare — SA” bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f’Bucharest, settur 1, Str. Nicolae Carafil Nru 61B, irreġistrat fl-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju taħt Nru J40/9518/11 ta’ Lulju 2003, kodiċi ta’ reġistrazzjoni uniku 12408250, irreġistrat fir-Reġistru tal-Assigurazzjoni taħt in-Nru RA-021 fl-10 ta’ April 2003

    Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni

    20.2.2020— Deċiżjoni Nru 209/20.2.2020, dwar l-irtirar tal-liċenzja operattiva ta’ “Societatea Certasig — Societate de Asigurare și Reasigurare — SA”, id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tagħha u s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal bidu ta’ proċeduri ta’ falliment kontra tagħha;

    Deċiżjoni Interim tal-Qorti ta’ Bukarest tal-29.6.2020 dwar il-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment kontra l-kumpanija SAR Certasig SA.

    L-awtoritajiet kompetenti

    ‘Autoritatea de Supraveghere Financiară’ (ASF) [Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja], bl-uffiċċju ewlieni tagħha fi Splaiul Independenței Nru 15, Settur 5, Bucharest, ir-Rumanija

    Awtorità superviżorja

    ‘Autoritatea de Supraveghere Financiară’ (ASF) [Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja], bl-uffiċċju ewlieni tagħha fi Splaiul Independenței Nru 15, Settur 5, Bucharest, ir-Rumanija

    Likwidatur maħtur

    Stralċjarju maħtur mill-qorti — CIT Filiala Cluj SPRL

    Dettalji ta’ kuntatt tal-likwidatur ġudizzjarju — Calea Dorobanților 48, Cluj-Napoca 400000

    Il-liġi applikabbli

    Ir-Rumanija

    L-ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 93/2012 dwar it-twaqqif, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja, approvata permezz ta’ emendi bil-Liġi Nru 113/2013, kif emendata;

    Il-liġi Nru 503/2004 dwar l-irkupru finanzjarju, il-falliment, ix-xoljiment volontarju u l-istralċ fin-negozju tal-assigurazzjoni, ippubblikata mill-ġdid;

    Il-liġi Nru 237/2015 dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ attivitajiet ta’ assigurazzjoni, kif emendata

    Il-liġi Nru 85/2014 dwar il-prevenzjoni tal-insolvenza u l-proċedimenti ta’ insolvenza, kif emendata.


    Top