This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020XG0731(10)
Notice for the attention of the data subjects to whom the restrictive measures provided for in Council Decision (CFSP) 2016/1693 and Council Regulation (EU) 2016/1686 concerning restrictive measures against ISIL (Da'esh) and Al-Qaeda and persons, groups, undertakings and entities associated with them apply 2020/C 251/11
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom 2020/C 251/11
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom 2020/C 251/11
ĠU C 251, 31.7.2020, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/14 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
(2020/C 251/11)
L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1126 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1124 (5).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili — RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1126, u r-Regolament (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1124.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.
Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.
(3) ĠU L 246, 30.7.2020, p. 10.
(4) ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.
(5) ĠU L 246, 30.7.2020, p. 1.