This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020XG0731(07)
Notice for the attention of the persons subject to the restrictive measures provided for in Council Decision (CFSP) 2019/797, as amended by Council Decision (CFSP) 2020/1127, and in Council Regulation 2019/796, as implemented by Council Implementing Regulation (EU) 2020/1125 concerning restrictive measures against cyber-attacks threatening the Union or its Member States 2020/C 251/08
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1127, u fir-Regolament tal-Kunsill 2019/796, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1125 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha 2020/C 251/08
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1127, u fir-Regolament tal-Kunsill 2019/796, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1125 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha 2020/C 251/08
ST/9754/2020/INIT
ĠU C 251, 31.7.2020, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/11 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1127, u fir-Regolament tal-Kunsill 2019/796, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1125 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha
(2020/C 251/08)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1127 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill 2019/796 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1125 (4) dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni kkonċernati jinsabu fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà ta’ rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat jew Stati Membri rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi.
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel il-15 ta’ Ottubru 2020, fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser titqies għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13.
(2) ĠU L 246, 30.7.2020, p. 12.