Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XG0731(05)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1137, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja 2020/C 251/06

ST/9696/2020/INIT

ĠU C 251, 31.7.2020, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/9


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1137, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

(2020/C 251/06)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1137 (2), u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet konċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikati fis-siti web fl-Anness IV tar-Regolament Kunsill (UE) 2016/44, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel il-15 ta’ Mejju 2021, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C.

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tiġi rċevuta ser titqies għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u l-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati.

L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  ĠU L 247, 31.7.2020, p. 40.

(3)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

(4)  ĠU L 247, 31.7.2020, p. 14.


Top