This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020XG0731(04)
Notice for the attention of the data subjects included on the list of persons, groups and entities subject to Articles 2, 3 and 4 of Council Common Position 2001/931/CFSP on the application of specific measures to combat terrorism, as updated by Council Decision (CFSP) 2020/1132, and to Article 2(3) of Council Regulation (EC) No 2580/2001 on specific restrictive measures directed against certain persons and entities with a view to combating terrorism, as implemented by Council Implementing Regulation (EU) 2020/1128 2020/C 251/05
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data inklużi fil-lista' ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132, u għall-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128 2020/C 251/05
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data inklużi fil-lista' ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132, u għall-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128 2020/C 251/05
ĠU C 251, 31.7.2020, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/8 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data inklużi fil-lista' ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132, u għall-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128
(2020/C 251/05)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (2), kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128 (5).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa r-RELEX.1.C li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Council of the European Union |
General Secretariat |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
L-iskop tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2001/931/PESK, kif aġġornata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1132, u r-Regolament (UE) Nru 2580/2001, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2020/1128.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża, skont il-ħtieġa, mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwieġeb f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2018/1725.
Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.
(3) ĠU L 247, 31.7.2020, p. 18.