EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0019

Kawża T-19/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2020 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni (“FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Spejjeż magħmula mil-Litwanja – Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa – Żvilupp rurali – Sistema ta’ kontroll tal-kundizzjonalità – Kontroll amministrattiv – Kontroll fuq il-post – Kwalità tal-kontrolli – Kwalità tal-applikanti – Kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment – Natura raġonevoli tal-ispejjeż – Spejjeż magħmula fil-kuntest ta’ proġetti – Analiżi tar-riskji – Fatturi ta’ riskji – Tolleranza fil-qasam ta’ sanzjonijiet mhux previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ sanzjonijiet wisq klementi – Data statistika ta’ annwali ta’ kontroll”)

ĠU C 77, 9.3.2020, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2020 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-19/18) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Spejjeż magħmula mil-Litwanja - Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa - Żvilupp rurali - Sistema ta’ kontroll tal-kundizzjonalità - Kontroll amministrattiv - Kontroll fuq il-post - Kwalità tal-kontrolli - Kwalità tal-applikanti - Kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment - Natura raġonevoli tal-ispejjeż - Spejjeż magħmula fil-kuntest ta’ proġetti - Analiżi tar-riskji - Fatturi ta’ riskji - Tolleranza fil-qasam ta’ sanzjonijiet mhux previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni - Sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ sanzjonijiet wisq klementi - Data statistika ta’ annwali ta’ kontroll”)

(2020/C 77/60)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: R. Dzikovič, V. Vasiliauskienė, M. Palionis u A. Dapkuvienė, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka, A. Steiblytė u J. Jokubauskaitė, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Pavliš, O. Serdula, J. Vláčil u S. Šindelková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2014 tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU 2017, L 292, p. 61), sa fejn tipprevedi li timponi fuq ir-Repubblika tal-Litwanja korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 9 745 705,88 f’dak li jikkonċerna spejjeż fil-kuntesti tal-FEAŻR u korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 546 351,91 f’dak li jikkonċerna spejjeż fil-kuntest tal-FAEG u tal-FAEŻR.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Litwanja, minbarra l-ispejjeż tagħha għandha tbati dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018


Top