EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0844

Kawża T-844/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Apologistics vs EUIPO – Peikert (discount-apotheke.de)

ĠU C 45, 10.2.2020, p. 94–95 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/94


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Apologistics vs EUIPO – Peikert (discount-apotheke.de)

(Kawża T-844/19)

(2020/C 45/80)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Apologistics GmbH (Markkleeberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hug, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Franz Michael Peikert (Offenbach, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea discount-apotheke.de bil-kuluri aħdar ċar, aħdar skur u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 678 007

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2309/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-5 ta’ Ottubru 2018;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top