EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0800

Kawża T-800/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2019 – Austria Tabak vs EUIPO – Mignot & De Block (AIR)

ĠU C 45, 10.2.2020, p. 79–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/79


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2019 – Austria Tabak vs EUIPO – Mignot & De Block (AIR)

(Kawża T-800/19)

(2020/C 45/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Austria Tabak GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Gracia Albero u R. Ahijón Lana, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mignot & De Block BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “AIR” –Trade mark tal-Unjoni Nru 2 309 110

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1665/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 58(1)(a) u tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001.


Top