Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0798

    Kawża T-798/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2019 – Bennahmias vs Il-Parlament

    ĠU C 45, 10.2.2020, p. 77–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/77


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2019 – Bennahmias vs Il-Parlament

    (Kawża T-798/19)

    (2020/C 45/62)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Jean-Luc Bennahmias (Marseille, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Rikkers, J.-L. Teheux, u M. Ganilsy, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2019;

    tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2019-1599 li tordna l-irkupru ta’ EUR 29 806

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn ir-raġunament tas-segretarju ġenerali tal-Parlament Ewropew huwa ekwivoku, billi ma jindikax sa liema punt l-atti prodotti ma kinux jikkostitwixxu provi ta’ xogħol.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-fatti prodotti mis-segretarju ġenerali tal-Parlament Ewropew huma ineżatti.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq inverżjoni tal-oneru tal-prova. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent iqis la ma huwiex il-kompitu tiegħu li jipproduċu l-prova ta’ xogħol tal-assistent parlamentari tiegħu iżda, għall-kuntrarju, huwa l-kompitu tal-Parlament li jipprova l-kuntrarju.

    4.

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn is-somma mitluba mir-rikorrent tippreżumi li l-assistent parlamentari qatt ma ħadem għar-rikorrent.


    Top