Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0841

    Kawża C-841/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no41 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Novembru 2019 – JL vs Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

    ĠU C 45, 10.2.2020, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no41 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Novembru 2019 – JL vs Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

    (Kawża C-841/19)

    (2020/C 45/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de lo Social de Madrid

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: JL

    Konvenut: Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7/KEE (1) u l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/54/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni [ta’] Stat Membru […], bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-bażi retributtiva tal-ħaddiem impjegat fuq bażi part-time, li hija diġà mnaqqsa minħabba li l-impjieg tiegħu huwa part-time, titnaqqas għat-tieni darba fil-mument tal-kalkolu tal-ammont tar-responsabbiltà tal-FOGASA (3) fil-konfront tal-imsemmi ħaddiem impjegat fuq bażi part-time fis-sens tal-Artikolu 33 tal-Istatut tal-Ħaddiema, fil-mument li tittieħed inkunsiderazzjoni l-imsemmija natura ta’ xogħol part-time, meta mqabbel ma’ ħaddiem impjegat fuq bażi full-time li jinsab f’sitwazzjoni analoga, u sa fejn tali leġiżlazzjoni tippreġudika b’mod partikolari lill-ħaddiema ta’ sess femminil meta mqabbla mal-ħaddiema ta’ sess maskil?


    (1)  Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215).

    (2)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).

    (3)  Fondo de Garantía Salarial.


    Top