EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0679

Kawża C-679/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) fil-5 ta’ Novembru 2018 – OPR-Finance s.r.o. vs GK

ĠU C 25, 21.1.2019, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) fil-5 ta’ Novembru 2018 – OPR-Finance s.r.o. vs GK

(Kawża C-679/18)

(2019/C 25/33)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní soud v Ostravě

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OPR-Finance s.r.o.

Konvenut: GK

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 8 u tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE jipprekludu leġiżlazzjoni li, f’każ ta’ ksur tal-obbligu li jaqa’ fuq il-kreditur, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu, li jevalwa l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur, tipprevedi bħala sanzjoni n-nullità tal-kuntratt ta’ kreditu flimkien mal-obbligu għall-konsumatur li jħallas lura lill-kreditur il-kapital f’terminu propozjonat mal-possibbiltajiet tiegħu, din is-sanzjoni (nullità tal-kuntratt ta’ kreditu) tapplika biss jekk il-konsumatur jinvokaha (jiġifieri li jeċċepixxi min-nullità tal-kuntratt) f’terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin?

2)

Id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 8 u tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE huma l-bażi tal-obbligu għal qorti nazzjonali li tapplika ex officio (jiġifieri anki jekk il-konsumatur ma jitlobhiex attivament) is-sanzjoni prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-ksur, mill-kreditur, tal-obbligu tiegħu li jevalwa l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur?


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66.


Top