EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0452

Kawża C-452/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Liège – il-Belġju) – Zako SPRL vs Sanidel SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Aġenti kummerċjali indipendenti — Direttiva 86/653/KEE — Artikolu 1(2) — Kunċett ta’ “aġent kummerċjali” — Intermedjarju indipendenti li jeżerċita l-attività tiegħu mill-impriża tal-prinċipal — Twettiq ta’ kompiti differenti minn dawk marbuta man-negozjar tal-bejgħ jew tax-xiri tal-merkanzija għall-prinċipal)

ĠU C 25, 21.1.2019, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Liège – il-Belġju) – Zako SPRL vs Sanidel SA

(Kawża C-452/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Aġenti kummerċjali indipendenti - Direttiva 86/653/KEE - Artikolu 1(2) - Kunċett ta’ “aġent kummerċjali” - Intermedjarju indipendenti li jeżerċita l-attività tiegħu mill-impriża tal-prinċipal - Twettiq ta’ kompiti differenti minn dawk marbuta man-negozjar tal-bejgħ jew tax-xiri tal-merkanzija għall-prinċipal))

(2019/C 25/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zako SPRL

Konvenuta: Sanidel SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza li persuna inkarigata b’mod permanenti, kemm li tinnegozja l-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija għal persuna oħra, kemm li tinnegozja u li tikkonkludi dawn it-tranżazzjonijiet għan-nom ta’ u f’isimha, teżerċita l-attività tagħha mill-istabbiliment ta’ din tal-aħħar ma tipprekludix li hija tista’ tiġi kklassifikata bħala “aġent kummerċjali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li din iċ-ċirkustanza ma tipprekludix lil din il-persuna milli teżerċita l-attività tagħha b’mod indipendenti, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

2)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza li persuna teżerċita mhux biss attivitajiet li jikkonsistu, kemm li tinnegozja l-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija għal persuna oħra, kemm li tinnegozja u li tikkonkludi dawn it-tranżazzjonijiet għan-nom ta’ u f’isimha, iżda wkoll, għal din l-istess persuna, attivitajiet ta’ natura oħra, mingħajr ma dawn tal-aħħar ikunu sekondarji meta pparagunati ma’ tal-ewwel, ma tipprekludix li hija tista’ tiġi kklassifikata bħala “aġent kummerċjali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn din iċ-ċirkustanza ma tipprekludihiex milli teżerċita l-ewwel attivitajiet b’mod indipendenti, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


Top