Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex
Dokument 62017TA0210
Case T-210/17: Judgment of the General Court of 22 February 2018 — International Gaming Projects v EUIPO — Zitro IP (TRIPLE TURBO) (EU trade mark — Opposition proceedings — Application for EU figurative mark TRIPLE TURBO — Earlier EU figurative mark TURBO — Relative ground for refusal — No likelihood of confusion — Article 8(1)(b) of Regulation (EC) No 207/2009 (now Article 8(1)(b) of Regulation (EU) 2017/1001))
Kawża T-210/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Frar 2018 – International Gaming Projects vs EUIPO – Zitro IP (TRIPLE TURBO) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TRIPLE TURBO — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea TURBO — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

ĠU C 123, 9.4.2018, s. 19—20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Frar 2018 – International Gaming Projects vs EUIPO – Zitro IP (TRIPLE TURBO)
(Kawża T-210/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TRIPLE TURBO - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea TURBO - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2018/C 123/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: International Gaming Projects Ltd (Qormi, Malta) (rappreżentant: M. Garayalde Niño, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zitro IP Sàrl (Lussembrugu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2017 (Każ R 119/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zitro IP u International Gaming Projects.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Frar 2017 (Każ R 119/2016-4) hija annullata. |
2) |
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn International Gaming Projects Ltd. |
3) |
Zitro IP Sàrl għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |