Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0179

    Kawża T-179/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018 – Laboratoire Nuxe vs EUIPO – Camille u Tariot (NYouX) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva NY ouX — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NUXE — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Karattru distintiv — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001)”)

    ĠU C 123, 9.4.2018, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 123/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018 – Laboratoire Nuxe vs EUIPO – Camille u Tariot (NYouX)

    (Kawża T-179/17) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva NY ouX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NUXE - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Karattru distintiv - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001)”))

    (2018/C 123/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Laboratoire Nuxe (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Wilhelm u J. Roux, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard–Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Élisabeth Camille (Alicante, Spanja) u Jean–Yves Tariot (Alicante)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Jannar 2017 (Każ R 718/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Laboratoire Nuxe u, min-naħa l-oħra, É. Camille u J-Y. Tariot.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Jannar 2017 (Każ R 718/2016-5) hija annullata.

    2)

    Il-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


    Top