Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0727

    Kawża T-727/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018 – Repower vs EUIPO – repowermap.org (REPOWER) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li tirrevoka deċiżjoni preċedenti — Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali”)

    ĠU C 123, 9.4.2018, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 123/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018 – Repower vs EUIPO – repowermap.org (REPOWER)

    (Kawża T-727/16) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li tirrevoka deċiżjoni preċedenti - Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali”))

    (2018/C 123/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Repower AG (Brusio, l-Isvizzeri) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. P. Kunz Hallstein, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: repowermap.org (Berna, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2311/2014-5 (REV)), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn repowermap.org u Repower.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Repower AG u minn repowermap.org.


    (1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


    Top