This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0436
Case C-436/15: Judgment of the Court (Third Chamber) of 15 June 2017 (request for a preliminary ruling from the Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — Lithuania) — Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra v ‘Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras’ UAB (Reference for a preliminary ruling — Protection of the European Union’s financial interests — Regulation (EC, Euratom) No 2988/95 — Article 3(1) — Funding from the Cohesion Fund — Project for the development of a regional waste management system — Irregularities — Concept of ‘multiannual programme’ — Definitive termination of a multiannual programme — Limitation period)
Kawża C-436/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra vs “Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras” UAB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3(1) — Finanzjament abbażi tal-Fond ta’ Koeżjoni — Proġett ta’ żvilupp ta’ sistema reġjonali ta’ immaniġġjar ta’ skart — Irregolaritajiet — Kunċett ta’ “programm multiannwali” — Għeluq definittiv tal-programm multiannwali — Terminu ta’ preskrizzjoni)
Kawża C-436/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra vs “Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras” UAB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3(1) — Finanzjament abbażi tal-Fond ta’ Koeżjoni — Proġett ta’ żvilupp ta’ sistema reġjonali ta’ immaniġġjar ta’ skart — Irregolaritajiet — Kunċett ta’ “programm multiannwali” — Għeluq definittiv tal-programm multiannwali — Terminu ta’ preskrizzjoni)
ĠU C 277, 21.8.2017, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra vs “Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras” UAB
(Kawża C-436/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 3(1) - Finanzjament abbażi tal-Fond ta’ Koeżjoni - Proġett ta’ żvilupp ta’ sistema reġjonali ta’ immaniġġjar ta’ skart - Irregolaritajiet - Kunċett ta’ “programm multiannwali” - Għeluq definittiv tal-programm multiannwali - Terminu ta’ preskrizzjoni))
(2017/C 277/04)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra
Konvenuta:“Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras” UAB
Fil-Preżenza ta’: Lietuvos Respublikos finansų ministerija, “Skirnuva” UAB, “Parama” UAB, “Alkesta” UAB, “Dzūkijos statyba” UAB
Dispożittiv
1) |
Proġett, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti fil-ħolqien ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-iskart f’reġjun determinat u li l-implementazzjoni tiegħu kienet ippjanata fuq diversi snin u ffinanzjata minn riżorsi tal-Unjoni Ewropea, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “programm multiannwali”, fis-sens tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea. |
2) |
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ irregolarità mwettqa fil-kuntest ta’ “programm multiannwali”, bħall-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jibda jiddekorri mid-data tat-twettiq tal-irregolarità inkwistjoni, konformement mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, filwaqt li jiġi ppreċiżat li, jekk din tkun irregolarità “kontinwa jew ripetuta”, it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mill-jum meta ntemmet l-irregolarità, konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95. Barra minn hekk, “programm multiannwali” jitqies li “jitwaqqaf definittivament”, fis-sens tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, fid-data tat-tmiem prevista għal dan il-programm, skont ir-regoli li japplikaw għalih. B’mod partikolari, programm multiannwali rregolat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1264/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, u bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1265/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, kif ukoll bl-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandu jitqies li “jitwaqqaf definittivament”, fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija, fid-data indikata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tapprova lil dan il-proġett bħala data limitu għat-tlestija tax-xogħolijiet u għall-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet tal-ispejjeż eliġibbli relatati miegħu, mingħajr preġudizzju għal estensjoni eventwali, permezz ta’ deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni f’dan is-sens. |