Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0368

    Kawża C-368/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn Ilves Jakelu Oy (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 97/67/KE — Artikolu 9 — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Servizzi postali — Kunċetti ta’ servizz universali u ta’ rekwiżiti essenzjali — Awtorizzazzjonijiet ġenerali u individwali — Awtorizzazzjoni għall-provvista ta’ servizzi postali sabiex jiġu eżegwiti kuntratti nnegozjati individwalment — Kundizzjonijiet imposti)

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn Ilves Jakelu Oy

    (Kawża C-368/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 97/67/KE - Artikolu 9 - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Servizzi postali - Kunċetti ta’ servizz universali u ta’ rekwiżiti essenzjali - Awtorizzazzjonijiet ġenerali u individwali - Awtorizzazzjoni għall-provvista ta’ servizzi postali sabiex jiġu eżegwiti kuntratti nnegozjati individwalment - Kundizzjonijiet imposti))

    (2017/C 277/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein hallinto-oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Ilves Jakelu Oy

    fil-preżenta ta’: Liikenne- ja viestintäministeriö

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizz li tibgħat posta bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jaqax taħt is-servizz universali jekk huwa ma jikkorrispondix għal offerta ta’ servizzi postali ta’ kwalità ddeterminata, ipprovduti fuq bażi permanenti mill-punti kollha fit-territorju u bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu mill-utenti kollha. Il-provvista tas-servizz li tibgħat posta li ma jaqax taħt is-servizz universali jista’ jkun biss suġġett għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ġenerali.

    2)

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li r-risposta għat-tielet domanda tkun li l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/6, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvista ta’ servizzi postali li ma jaqgħux taħt is-servizz universali jista’ jiġi ssuġġettat għal rekwiżiti bħal dawk fit-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) ta’ din id-direttiva, kif emendata.


    (1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


    Top