This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0750
Case T-750/16: Action brought on 28 October 2016 — FV v Council
Kawża T-750/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – FV vs Il-Kunsill
Kawża T-750/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – FV vs Il-Kunsill
ĠU C 6, 9.1.2017, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/42 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2016 – FV vs Il-Kunsill
(Kawża T-750/16)
(2017/C 006/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FV (Rhode-St-Genèse, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
konsegwentement,
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2015, meħuda abbażi tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal; |
— |
sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2016, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tat-8 ta’ Marzu 2016; |
— |
tikundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, stabbiliti, suġġett għal konferma, għal EUR 151 101, bħala kumpens għad-dannu materjali tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, stabbiliti ex aequo et bono għal EUR 70 000, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità diretta kontra l-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fuq il-ksur tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fuq il-ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79), kif ukoll fuq il-ksur tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq ksur tal-Komunikazzjoni lill-persunal Nru 71/15 intiża li tagħti informazzjoni dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll fuq ineżattezza u irregolarità ta’ fatt u ta’ dritt manifesti tal-motivi li allegatament wasslu għall-ħruġ fuq leave mhux volontarju tar-rikorrenti. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter. |