Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0448

    Kawża C-448/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Davitas GmbH vs Stadt Aschaffenburg [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġodda — Regolament (KE) Nru 258/97 — Artikolu 1(2)(ċ) — Kunċett ta’ “ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel bi struttura primarja molekulari ġdida”]

    ĠU C 6, 9.1.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Davitas GmbH vs Stadt Aschaffenburg

    (Kawża C-448/14) (1)

    ([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġodda - Regolament (KE) Nru 258/97 - Artikolu 1(2)(ċ) - Kunċett ta’ “ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel bi struttura primarja molekulari ġdida”])

    (2017/C 006/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Davitas GmbH

    Konvenuta: Stadt Aschaffenburg

    fil-preżenza ta’: Landesanwaltschaft Bayern

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Jannar 1997, dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “struttura primarja molekulari ġdida” tirreferi għall-ikel jew għall-ingredjenti tal-ikel li ma kinux is-suġġett ta’ konsum mill-bniedem fit-territorju tal-Unjoni Ewropea qabel il-15 ta’ Mejju 1997.


    (1)  ĠU C 448, 15.12.14.


    Top