Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0144

Kawża T-144/14: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Marzu 2014 – EE vs UASI (Mudell b’disinn bit-tikek tal-avorju)

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/57


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2014 – EE vs UASI (Mudell b’disinn bit-tikek tal-avorju)

(Kawża T-144/14)

2014/C 135/75

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Jannar 2014 mogħtija fil-Każ R 705/2013-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta mudell b’disinn tal-avorju għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 25, 35-39, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 381 493

Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-trade mark li għalija saret l-applikazzjoni mhux eliġibbli għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


Top