This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0135
Case T-135/14: Action brought on 20 February 2014 — Kicktipp v OHIM — Società Italiana Calzature (kicktipp)
Kawża T-135/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Frar 2014 – Kicktipp vs UASI – Società Italiana Calzature (kicktipp)
Kawża T-135/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Frar 2014 – Kicktipp vs UASI – Società Italiana Calzature (kicktipp)
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/54 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2014 – Kicktipp vs UASI – Società Italiana Calzature (kicktipp)
(Kawża T-135/14)
2014/C 135/70
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kicktipp GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Società Italiana Calzature Sr (Milano, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Diċembru 2013, fil-Każ R 1061/2012-2; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għal trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “kicktipp” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35, 38 u 41 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 874 281
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trademarks Taljani Nri 348 149, 905 554, 905 554 għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja