This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0093
Case T-93/14: Action brought on 10 February 2014 — St'art and Others v Commission
Kawża T-93/14: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Frar 2014 – St’art et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-93/14: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Frar 2014 – St’art et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 51–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/51 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2014 – St’art et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-93/14)
2014/C 135/65
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: St’art – Fonds d’investissement dans les entreprises culturelles (Mons, il-Belġju); Stichting Cultuur – Ondernemen (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Angel Capital Innovations Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Dehin u C. Brüls, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat u għaldaqstant tannulla l-att ikkontestat:
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u b’mod partikolari tal-obbligu ta’ motivazzjoni, kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ legalità, sa fejn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirkupra l-ħlasijiet bil-quddiem magħmula lill-kumpannija EDC fil-kuntest tal-proġett “C-I Factor” u li teżiġi f’dan ir-rigward ir-responsabbiltà in solidum tar-rikorrenti, membri tal-konsorzju, hija allegatament ibbażata fuq id-deċiżjoni illegali li jitwaqqaf il-kuntratt ta’ sussidju. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq abbuż u fuq użu ħażin ta’ poter, kif ukoll fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, tal-prinċipju ta’ kontradittorju u tal-prinċipju ġenerali “patere legem quam ipse fecisti”, sa fejn il-Kummissjoni ma pprovdietx elementi li permezz tagħhom, minn naħa, jista’ jkun magħruf jekk eżaminatx l-osservazzjonijiet magħmula mill-konsorzju li minnu jagħmlu parti r-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, jistgħu jkunu magħrufa r-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-osservazzjonijiet. Ir-rikorrenti jikkritikaw ukoll lill-Kummissjoni talli ma tathomx il-possibbiltà jeżegwixxu huma stess l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt sabiex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet eventwali min-naħa tal-kumpannija EDC. |