Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0078

    Kawża T-78/14: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Frar 2014 – Benediktinerabtei St. Bonifaz vs UASI – Andechser Molkerei Scheitz (Genuß für Leib & Seele KLOSTER Andechs SEIT 1455)

    ĠU C 135, 5.5.2014, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 135/46


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – Benediktinerabtei St. Bonifaz vs UASI – Andechser Molkerei Scheitz (Genuß für Leib & Seele KLOSTER Andechs SEIT 1455)

    (Kawża T-78/14)

    2014/C 135/59

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Benediktinerabtei St. Bonifaz Köperschaft des öffentlichen Rechts (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andechser Molkerei Scheitz GmbH (Andechs, il-Ġermanja)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Novembru 2013, fil-Każ R 1272/2012-1 dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 754 228 (Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 255 811);

    tikkundanna lill-Uffiċċju għal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elment verbali “Genuß für Leib & Seele KLOSTER Andechs SEIT 1455”, għal prodotti fil-klassi 28 (Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 255 811)

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Andechser Molkerei Scheitz GmbH

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali u t-trade mark figurattiva Komunitarja li jinkludu l-element verbali “ANDECHSER NATUR” u “ANDECHSER NATUR SEIT 1908”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 35

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top