Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0001

    Kawża T-1/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Marzu 2014 – Aluminios Cortizo u Cortizo Cartera vs Il-Kummissjoni [ “Proċeduri għal miżuri provviżorji  — Għajnuna mill-Istat  — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti gruppi ta’ interess ekonomiku (GIE) u l-investituri tagħhom  — Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ leasing finanzjarju għall-akkwist ta’ vapuri (sistema Spanjola ta’ leasing fiskali)  — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni  — Nuqqas ta’ rekwiżiti proċedurali  — Inammissibbiltà” ]

    ĠU C 135, 5.5.2014, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 135/40


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – Aluminios Cortizo u Cortizo Cartera vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-1/14 R)

    ([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti gruppi ta’ interess ekonomiku (GIE) u l-investituri tagħhom - Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ leasing finanzjarju għall-akkwist ta’ vapuri (sistema Spanjola ta’ leasing fiskali) - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”])

    2014/C 135/51

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Aluminios Cortizo, SA (Padrón, Spanja); u Cortizo Cartera, SL (Padrón) (rappreżentant: A. Beiras Cal, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, M. Afonso, É. Gippini Fournier u P. Němečková, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, b’mod partikolari, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4426 finali, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/2011 (ex NN/2011, ex CP 137/2006) – Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ leasing finanzjarju.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top