Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0578

Kawża T-578/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Frar 2014 – Luxembourg Pamol (Ċipru) u Luxembourg Industries vs Il-Kummissjoni [ “Proċeduri għal miżuri provviżorji  — Proċedura għat- tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti  — Pubblikazzjoni ta’ dokumenti dwar l-inklużjoni ta’ sustanza attiva  — Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni  — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni  — Ammissibbiltà  — Urġenza  — Fumus boni juris  — Ibbilanċjar tal-interessi” ]

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/39


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2014 – Luxembourg Pamol (Ċipru) u Luxembourg Industries vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-578/13 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Proċedura għat- tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Pubblikazzjoni ta’ dokumenti dwar l-inklużjoni ta’ sustanza attiva - Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”])

2014/C 135/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Luxembourg Pamol (Cyprus) Ltd (Nikosija, Ċipru); u Luxembourg Industries Ltd (Tel Aviv, l-Iżrael) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u P. Ondrůšek, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) tat-8 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad it-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni inkluża fir-rapport ta’ reviżjoni mill-pari u fl-addendum finali dwar l-inklużjoni tas-sustanza attiva fosfonati tal-potassju, imressqa skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332), u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011, tal-25 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414 fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 53, p. 51).

Dispożittiv

1)

L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ikkomunikata lil Luxembourg Pamol (Cyprus) Ltd u lil Luxembourg Industires Ltd permezz ta’ ittra tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) tat-8 ta’ Ottubru 2013 u li tiċħad it-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni inkluża fir-rapport ta’ reviżjoni mill-pari u fl-addendum finali dwar l-inklużjoni tas-sustanza attiva fosfonati tal-potassju, hija sospiża.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija ordnata ma tippermettix il-pubblikazzjoni, mill-EFSA, ta’ verżjoni tar-rapport ta’ reviżjoni mill-pari u tal-addendum finali dwar l-inklużjoni tas-sustanza attiva fosfonati tal-potassju, li tkun iktar dettaljata mill-verżjoni b’partijiet imħassra inkluża fl-ittra ta’ Luxembourg Pamol (Cyprus) u ta’ Luxembourg Industries tal-25 ta’ Frar 2013, kif jidhru fl-Anness A 3 tar-rikors prinċipali.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top