EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0187

Kawża T-187/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Frar 2014 – Jannatian vs Il-Kunsill ( “Rikors għal annullament  — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni  — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran  — Lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi  — Terminu għall-preżentata ta’ rikors  — Tardività  — Inammissibbiltà” )

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2014 – Jannatian vs Il-Kunsill

(Kawża T-187/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà”))

2014/C 135/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mahmoud Jannatian (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: E. Rosenfeld u S. Monnerville, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent, ta’: il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/479/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2008, li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163 p. 43); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE, tat-23 ta’ Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29); il- Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/652/PESK, tas-7 ta’ Awwissu 2008, li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 213, p. 58); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/840/PESK, tas-17 ta’ Novembru 2009, li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 303, p. 64); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2009, tas-17 ta’ Novembru 2009, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar id-Deċiżjoni 2008/475/KE (ĠU L 303, p. 31); id- Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413(ĠU L 281, p. 81); ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Mahmoud Jannatian għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


Top