Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0430

Kawża T-430/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Marzu 2014 – – Magnesitas de Rubián et vs Il-Kummissjoni ( “Ambjent  — Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis  — Dokument ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fl-industriji tas-siment, tal-ġir u tal-manjesju  — Talba sabiex jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni  — Ċaħda  — Rinunzja  — Tħassir” )

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – – Magnesitas de Rubián et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-430/10) (1)

((“Ambjent - Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis - Dokument ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fl-industriji tas-siment, tal-ġir u tal-manjesju - Talba sabiex jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Ċaħda - Rinunzja - Tħassir”))

2014/C 135/43

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Magnesitas de Rubián, SA (Incio, Spanja); Magnesitas Navarras, SA (Zubiri, Spanja); u Ellinikoi Lefkolithoi Anonymos Metalleftiki, Viomichaniki, Naftiliaki kai Emporiki Etaireia (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro, S. Petrova u E. Sanfrutos Cano, avukati)

Suġġett

B’mod prinċipali, talba għall-annullament tal-Kapitolu 3 tad-dokument ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fl-industriji tas-siment, tal-ġir u tal-manjesju (ĠU C 166, p. 5), intitolat “Industrija tal-ossidju tal-manjesju (bi proċess niexef mill-magnesite naturali estratta)”, kif ukoll tar-riferimenti għall-industrija tal-ossidju tal-manjesju fl-imsemmi dokument u, b’mod sussidjarju, talba għall-annullament tal-paragrafu 3.5.5.4 tal-imsemmi dokument.

Dispożittiv

1)

It-talba sabiex jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.

2)

Il-Kawża T-430/10 għandha titħassar mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.

3)

Magnesitas de Rubián, SA, Magnesitas Navarras, SA u Ellinikoi Lefkolithoi Anonymos Metalleftiki, Viomichaniki, Naftiliaki kai Emporiki Etaireia għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


Top