Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0131

Kawża T-131/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Marzu 2014 – Lardini vs UASI (Tqegħid ta’ fjura fuq pavru) [ “Trade mark Komunitarja  — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fit-tqegħid ta’ fjura fuq pavru  — Raġuni assoluta għal rifjut  — Assenza ta’ karattru distintiv  — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Lardini vs UASI (Tqegħid ta’ fjura fuq pavru)

(Kawża T-131/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fit-tqegħid ta’ fjura fuq pavru - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 135/41

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Lardini Srl (Filottrano, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 2578/2011-1), li tikkonċerna talba għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti fit-tqegħid ta’ fjura fuq pavru bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lardini Srl hija kkundannata għall-ispjjeż.


(1)  ĠU C 141, 18.05.2013.


Top