This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0121
Case C-121/14: Action brought on 12 March 2014 — United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland v European Parliament, Council of the European Union
Kawża C-121/14: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Marzu 2014 – Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-121/14: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Marzu 2014 – Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/28 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2014 – Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-121/14)
2014/C 135/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: M. Holt, agent, D.J. Rhee, barrister)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-Artikolu 29 tal-att ikkontestat, kif ukoll l-Anness II ta’ dan tal-aħħar, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jestendu lil hinn minn Londra dak li kien il-kuritur Nru 2 fl-anness l-antik tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 (bħalissa msejjaħ il-kuritur Baħar tat-Tramuntana – Mediterran) u |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-dispożizzjonijiet tal-att ikkontestat imsemmija minn dan ir-rikors għall-annullament għandhom bħala effett li jemendaw ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2010, dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv (1) b’tali mod li l-lista ta’ “kurituri inizjali tal-merkanzija” annessa ma’ dan ir-regolament hija ssostitwita b’lista ġdida ta’ dawn il-“kurituri inizjali tal-merkanzija” fl-Anness II tal-att ikkontestat.
Wieħed mill-effetti ta’ din l-emenda huwa l-obbligu fuq ir-Renju Unit sabiex jipparteċipa għall-implementazzjoni ta’ kuritur ta’ merkanzija “Baħar tat-Tramuntana – Mediterran”, li jimplika l-obbligu li jiġi implementat sal-10 ta’ Novembru 2016 rotot bejn Londra u l-Istati Membri fuq il-kuritur u, sal-20 ta’ Novembru 2018, rotot minn Londres għal Glasgow, Edinburgh, Southampton u Felixstowe. Ir-Renju Unit ma tax il-kunsens tiegħu għal tali estensjoni tal-kuritur li inizjalment kien fir-Regolament (UE) Nru 913/2010.
Ir-Renju Unit għaldaqstant ressaq it-talbiet imsemmija iktar ’il fuq għar-raġunijiet li ġejjin:
a) |
L-estensjonijiet tal-“kurituri inizjali tal-merkanzija”, li jirriżultaw mill-Artikolu 29 tal-att ikkontestat, bil-għan li jitwettqu l-għanijiet tal-Artikolu 170 TFUE li jirrigwarda l-politika trans-Ewropea tat-trasport. Konsegwentement, peress li l-Artikoli 170 sa 172 TFUE jikkostitwixxu lex specialis għal tali miżuri, dawn tal-aħħar jistgħu jiġu adottati biss abbażi ta’, u skont, dawn id-dispożizzjonijiet. |
b) |
L-estensjonijiet tal-“kurituri inizjali tal-merkanzija”, li jirriżultaw mill-Artikolu 29 tal-att ikkontestat, (a) huma proġetti ta’ interess komuni (fis-sens tal-Artikolu 171(1) TFUE) u (b) jikkonċernaw it-territorju ta’ kull Stat Membru obbligat li jipparteċipa għall-implementazzjoni tagħhom. Fuq din il-bażi, l-estensjonijiet, sa fejn jirrigwardaw lir-Renju Unit, kienu ġew adottati bi ksur tar-rekwiżit għal kunsens tal-Istat Membru kkonċernat, rekwiżit li huwa pprovdut fl-Artikolu 172(2) TFUE. |
c) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-att ikkontestat, li jeżiġu lir-Renju Unit jipparteċipa fl-implementazzjoni tal-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran fuq it-territorju tiegħu (i) lil hinn minn Londra (jiġifieri lejn Glasgow, Edinburgh, Felixstowe u Southampton) jew (ii) fi kwalunkwe miżura tkun xi tkun, huma separati mill-bqija ta’ dan l-anness. Barra minn hekk u fi kwalunkwe każ, l-Anness II kollu tal-att ikkontestat (kif ukoll tal-Artikolu 29 kollu) huwa distint u separat mill-bqija tar-regolament inkwistjoni. |