Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0107

    Kawża C-107/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – FIRIN OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud  — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa  — Pagamenti akkont  — Rifjut li jingħata t-tnaqqis  — Frodi  — Aġġustament tat-tnaqqis meta ma titwettaqx it-tranżazzjoni taxxabbli  — Kundizzjonijiet)

    ĠU C 135, 5.5.2014, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 135/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – FIRIN OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

    (Kawża C-107/13) (1)

    ((Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Pagamenti akkont - Rifjut li jingħata t-tnaqqis - Frodi - Aġġustament tat-tnaqqis meta ma titwettaqx it-tranżazzjoni taxxabbli - Kundizzjonijiet))

    2014/C 135/15

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Administrativen sad Veliko Tarnovo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: FIRIN OOD

    Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Administrativen sad Veliko Tarnovo – Interpretazzjoni tal-Artikolu 168(a), moqri flimkien mal-Artikoli 65, 90(1) u 185(1), kif ukoll tal-Artikolu 205, moqri flimkien mal-Artikoli 168(a) u 193, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) – Prinċipji ta’ newtralità tal-VAT, ta’ effikaċità u ta’ proporzjonalità – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Ħlas ta’ pagamenti akkont għal merkanzija identifikata bi preċiżjoni qabel il-kunsinna – Rifjut li jingħata t-tnaqqis meta jiġi rreġistrat il-ħlas ta’ pagament akkont minħabba li ma saritx il-kunsinna tal-merkanzija – Possibbiltà għall-fornitur li jirregolarizza t-tnaqqis magħmul inizjalment u impatt fuq ir-rifjut li jingħata tali tnaqqis – Rifjut tat-tnaqqis tal-VAT lid-destinatarju ta’ kunsinna minħabba r-responsabbiltà in solidum fir-rigward tal-ħlas tat-taxxa ta’ persuna taxxabbli li ma tkunx il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa – Identifikazzjoni tal-persuna responsabbli in solidum fuq il-bażi ta’ preżunzjonijiet ibbażati fuq kunċetti legali tad-dritt ċivili

    Dispożittiv

    L-Artikoli 65, 90(1), 168(a), 185(1) u 193 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imwettaq mid-destinatarju ta’ fattura stabbilita sabiex isir pagament akkont fir-rigward tal-kunsinna ta’ merkanzija għandu jiġi aġġustat meta, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, din il-kunsinna fl-aħħar mill-aħħar qatt ma titwettaq, u dan anki jekk il-fornitur jibqa’ responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa u ma jkunx irrimborsa l-pagament akkont.


    (1)  ĠU C 129, 04.05.2013


    Top