This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0457
Case C-457/12: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 12 March 2014 (request for a preliminary ruling from the Raad van State — Netherlands) — S v Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel v G (Articles 20 TFEU, 21(1) TFEU and 45 TFEU — Directive 2004/38/EC — Right to move and reside freely within the territory of the Member States — Beneficiaries — Right of residence of a third-country national who is a family member of a Union citizen in the Member State of which that citizen is a national — Union citizen residing in the Member State of which he is a national — Professional activities — Regular travel to another Member State)
Kawża C-457/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 12 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – S vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel vs G Artikoli 20 TFUE, 21(1) TFUE u 45 TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Benefiċjarji — Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru li dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu — Ċittadin tal-Unjoni resident u ċittadin tal-istess Stat Membru — Attivitajiet professjonali — Spostament regolari lejn Stat Membru ieħor
Kawża C-457/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 12 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – S vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel vs G Artikoli 20 TFUE, 21(1) TFUE u 45 TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Benefiċjarji — Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru li dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu — Ċittadin tal-Unjoni resident u ċittadin tal-istess Stat Membru — Attivitajiet professjonali — Spostament regolari lejn Stat Membru ieħor
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – S vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel vs G
(Kawża C-457/12) (1)
(Artikoli 20 TFUE, 21(1) TFUE u 45 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Benefiċjarji - Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru li dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu - Ċittadin tal-Unjoni resident u ċittadin tal-istess Stat Membru - Attivitajiet professjonali - Spostament regolari lejn Stat Membru ieħor)
2014/C 135/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: S, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel
Konvenut: Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, G
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Interpretazzjoni tal-Artikoli 20, 21, 45 u 56 TFUE u tal-Artikoli 3(1), 6 u 7(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) – Benefiċjarji tad-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jirresjedi fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu u li jaħdem fi Stat Membru ieħor għal persuna li timpjega li hija stabbilita hemmhekk – Ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jirresjedi u jaħdem fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, iżda li jmur ta’ spiss, fil-kuntest ta’ xogħlu, fi Stat Membru ieħor
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux Stat Membru milli jirrifjuta d-dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, meta l-imsemmi ċittadin ikollu n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru u jkun joqgħod f’dan l-istess Stat, iżda jkun imur regolarment fi Stat Membru ieħor fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali tiegħu.
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkonferixxi lil membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat terz, dritt ta’ residenza derivat fl-Istat Membru tan-nazzjonalità ta’ dan iċ-ċittadin, meta l-imsemmi ċittadin ikun jirrisjedi f’dan l-aħħar Stat, iżda jkun imur regolarment fi Stat Membru ieħor bħala ħaddiem fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, peress li r-rifjut ta’ tali dritt ta’ residenza għandu effett dissważiv fuq l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet li l-ħaddiem ikkonċernat għandu skont l-Artikolu 45 TFUE, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.