This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0375
Case C-375/12: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 13 March 2014 (request for a preliminary ruling from the Tribunal administratif de Grenoble — France) — Margaretha Bouanich v Direction départementale des finances publiques de la Drôme (Reference for a preliminary ruling — Article 63 TFEU — Free movement of capital — Article 49 TFEU — Freedom of establishment — Tax on income of natural persons — Mechanism capping direct taxes by reference to income — Bilateral tax agreement for avoidance of double taxation — Taxation of dividends distributed by a company established in another Member State and already subject to a withholding tax — Failure to take into account or partial taking into account of the tax paid in the other Member State for the calculation of the tax cap — Article 65 TFEU — Restriction — Justification)
Kawża C-375/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Grenoble – Franza) – Margaretha Bouanich vs Direction départementale des finances publiques de la Drôme (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 63 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Taxxa dovuta fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi — Dispożittiv ta’ limitu massimu tat-taxxi diretti skont id-dħul — Ftehim fiskali bilaterali intiż sabiex jiġi evitat intaxxar doppju — Intaxxar tad-dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u diġà suġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni jew teħid inkunsiderazzjoni parzjali tat-taxxa mħallsa f’dan l-Istat Membru ieħor għall-kalkolu tal-limitu massimu tat-taxxa — Artikolu 65 TFUE — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni)

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Grenoble – Franza) – Margaretha Bouanich vs Direction départementale des finances publiques de la Drôme
(Kawża C-375/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Taxxa dovuta fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi - Dispożittiv ta’ limitu massimu tat-taxxi diretti skont id-dħul - Ftehim fiskali bilaterali intiż sabiex jiġi evitat intaxxar doppju - Intaxxar tad-dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u diġà suġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni jew teħid inkunsiderazzjoni parzjali tat-taxxa mħallsa f’dan l-Istat Membru ieħor għall-kalkolu tal-limitu massimu tat-taxxa - Artikolu 65 TFUE - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))
2014/C 135/05
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif de Grenoble
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Margaretha Bouanich
Konvenuta: Direction départementale des finances publiques de la Drôme
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal administratif de Grenoble – Interpretazzjoni tal-Artikoli 49, 63 u 65 TFUE – Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi li jilħqu l-proporzjon massimu tat-taxxi diretti dovuti minn persuna taxxabbli – Mekkaniżmu msejjaħ “ilqugħ fiskali” – Ftehim fiskali bilaterali – Intaxxar tad-dividendi distribwiti minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u li jkunu diġà ġew intaxxati f’ras il-għajn – Teħid inkunsiderazzjoni parzjali tas-somom imħallsa f’ras il-għajn għall-kalkolu tal-limitu massimu tat-taxxa – Ġustifikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni abbażi tal-koerenza tas-sistema fiskali, tat-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ impożizzjoni bejn l-Istati Membri, jew abbażi ta’ kull raġuni imperattiva oħra ta’ interess ġenerali
Dispożittiv
L-Artikoli 49 TFUE, 63 TFUE u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema, meta resident ta’ dan l-Istat Membru, azzjonist ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, jirċievi dividendi intaxxati fiż-żewġ Stati u meta t-tassazzjoni doppja tkun irregolata bl-imputazzjoni fl-Istat ta’ residenza bi kreditu ta’ taxxa ta’ ammont li jikkorrispondi għal dak tat-taxxa mħallsa fl-Istat tal-kumpannija distributriċi, dispożittiv ta’ limitu massimu ta’ diversi taxxi diretti sa ċertu perċentwali tad-dħul irċevut matul sena ma jiħux inkunsiderazzjoni, jew jieħu inkunsiderazzjoni biss parzjalment, it-taxxa mħallsa fl-Istat tal-kumpannija distributriċi.