This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0222
Case C-222/12: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 13 March 2014 (request for a preliminary ruling from the Tartu ringkonnakohus — Estonia) — A. Karuse AS v Politsei- ja Piirivalveamet (Road transport — Regulation (EC) No 561/2006 — Obligation to use a tachograph — Derogation for vehicles used in connection with road maintenance — Vehicle transporting gravel from the loading site to the road maintenance works site)
Kawża C-222/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tartu Ringkonnakohus – l-Estonja) – A Karuse AS vs Politsei- ja Piirivalveamet (Trasport bit-triq — Regolament (KE) Nru 561/2006 — Obbligu li jintuża takografu — Deroga għal vetturi użati fil-kuntest ta’ attivitajiet marbuta mal-manutenzjoni tat-toroq — Vettura li tittrasporta żrar mill-post fejn issir it-tagħbija sal-post fejn isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni tat-toroq)
Kawża C-222/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tartu Ringkonnakohus – l-Estonja) – A Karuse AS vs Politsei- ja Piirivalveamet (Trasport bit-triq — Regolament (KE) Nru 561/2006 — Obbligu li jintuża takografu — Deroga għal vetturi użati fil-kuntest ta’ attivitajiet marbuta mal-manutenzjoni tat-toroq — Vettura li tittrasporta żrar mill-post fejn issir it-tagħbija sal-post fejn isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni tat-toroq)
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tartu Ringkonnakohus – l-Estonja) – A Karuse AS vs Politsei- ja Piirivalveamet
(Kawża C-222/12) (1)
((Trasport bit-triq - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Obbligu li jintuża takografu - Deroga għal vetturi użati fil-kuntest ta’ attivitajiet marbuta mal-manutenzjoni tat-toroq - Vettura li tittrasporta żrar mill-post fejn issir it-tagħbija sal-post fejn isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni tat-toroq))
2014/C 135/03
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tartu Ringkonnakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A Karuse AS
Konvenut: Politsei- ja Piirivalveamet
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tartu Ringkonnakohus – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, p. 1) – Obbligu li jintuża takografu – Deroga mill-obbligu għall-vetturi użati fil-kuntest ta’ attivitajiet marbuta mal-manutenzjoni tat-toroq – Trakk tat-tip “dumper”, li jimxi bil-magna tiegħu stess u b’piż massimu ta’ 25,5 tunnellata, li jittrasporta, billi juża t-triq pubblika, iż-żrar mill-barriera sal-post fejn ikunu qegħdin isiru x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni tat-toroq
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “vetturi wżati b’konnessjoni mal-manutenzjoni tat-toroq”, li jissemma fl-Artikolu 13(1)(h) tar-Regolament Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, liema vetturi jistgħu jiġu eżentati mill-użu ta’ takografu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi vetturi li jittrasportaw materjal sal-post fejn ikunu qegħdin isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni tat-toroq, sakemm it-trasport ikun marbut kompletament u esklużivament mat-twettiq tal-imsemmija xogħlijiet u jikkostitwixxi attività anċillari għalihom. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ billi tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha rilevanti fil-kawża prinċipali.