This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0505(01)
Decision of the Court of Justice of 25 March 2014 concerning the official holidays and the judicial vacations
Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 25 ta’ Marzu 2014 dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji
Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 25 ta’ Marzu 2014 dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/2 |
DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
tal-25 ta’ Marzu 2014
dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji
2014/C 135/02
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
wara li rat l-Artikolu 24(2), (4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura,
billi tikkunsidra li, skont din id-dispożizzjoni, hemm lok li tiġi stabbilita l-lista tal-jiem ta’ vaganza legali u li jiġu ffissati d-dati tal-vaganzi ġudizzjarji,
TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista tal-jiem ta’ vaganza legali fis-sens tal-Artikolu 24(4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura hija stabbilita kif ġej:
— |
l-1 ta’ Jannar, |
— |
it-Tnejn ta’ wara l-Għid, |
— |
l-1 ta’ Mejju, |
— |
l-Axxensjoni, |
— |
it-Tnejn ta’ wara Pentekoste, |
— |
it-23 ta’ Ġunju, |
— |
il-15 ta’ Awwissu, |
— |
l-1 ta’ Novembru, |
— |
il-25 ta’ Diċembru, |
— |
is-26 ta’ Diċembru. |
Artikolu 2
Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2014 u l-31 ta’ Ottubru 2015, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 24(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:
— |
Milied 2014: mit-Tnejn 15 ta’ Diċembru 2014 sal-Ħadd 4 ta’ Jannar 2015, biż-żewġ ġranet inklużi, |
— |
Għid 2015: mit-Tnejn 30 ta’ Marzu 2015 sal-Ħadd 12 ta’ April 2015, biż-żewġ ġranet inklużi, |
— |
Sajf 2015: mill-Ġimgħa 17 ta’ Lulju 2015 sal-Ħadd 30 ta’ Awwissu 2015, biż-żewġ ġranet inklużi. |
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Adottat fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Marzu 2014.
Ir-Reġistratur
A. CALOT ESCOBAR
Il-President
V. SKOURIS