Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/399/14

    Kawża C-409/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Patent- und Markensenat (l-Awstrija) fis- 6 ta’ Settembru 2012 — Backaldrin Österreich The Kornspitz Company GmbH vs Pfahnl Backmittel GmbH

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Patent- und Markensenat (l-Awstrija) fis-6 ta’ Settembru 2012 — Backaldrin Österreich The Kornspitz Company GmbH vs Pfahnl Backmittel GmbH

    (Kawża C-409/12)

    2012/C 399/14

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Patent- und Markensenat

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Backaldrin Österreich The Kornspitz Company GmbH

    Konvenuta: Pfahnl Backmittel GmbH

    Domandi preliminari

    (1)

    Trade mark issir “l-isem komuni fil-kummerċ għal prodott jew servizz” fis-sens tal-Artikolu 12(2)(a) tad-Direttiva 2008/95/KE (1) meta

    (a)

    il-kummerċjanti jkollhom għarfien tal-fatt li din hija indikazzjoni ta’ oriġini, iżda huma ma jinfurmawx ġeneralment lill-konsumaturi finali dwar dan u li

    (b)

    għal din ir-raġuni (b’mod partikolari), il-konsumaturi finali ma jipperċepixxux it-trade mark bħala indikazzjoni ta’ oriġini, iżda bħala l-isem komuni ta’ prodotti jew servizzi li għalihom hija rreġistrata?

    (2)

    Il-fatt li l-proprjetarju tat-trade mark jibqa’ inattiv filwaqt li l-kummerċjanti ma jindikawx lill-klijenti tagħhom li din hija trade mark irreġistrata huwa suffiċjenti sabiex jikkostitwixxi “inattività” fis-sens tal-Artikolu 12(2)(a) tad-Direttiva 2008/95?

    (3)

    Id-drittijiet marbuta ma’ trade mark li saret, minħabba l-attività jew l-inattività tal-proprjetarju tagħha, isem komuni għall-konsumaturi finali, iżda mhux għall-kummerċ, għandhom jiġu ddikjarati revokati fil-każ u unikament fil-każ fejn il-konsumaturi finali ma għandhomx possibbiltà oħra ħlief li jużaw dan l-isem peress li ma jeżistux termini alternattivi ekwivalenti?


    (1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).


    Top