This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0016
Case C-16/18: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof (Austria) lodged on 9 January 2018 — Michael Dobersberger
Kawża C-16/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-9 ta’ Jannar 2018 – Michael Dobersberger
Kawża C-16/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-9 ta’ Jannar 2018 – Michael Dobersberger
ĠU C 123, 9.4.2018, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-9 ta’ Jannar 2018 – Michael Dobersberger
(Kawża C-16/18)
(2018/C 123/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Michael Dobersberger
Konvenuta: Magistrat der Stadt Wien
Domandi preliminari
1) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE (1) tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (iktar ’il quddiem ukoll id-“Direttiva 96/71”), b’mod partikolari l-Artikolu 1(3)(a) tagħha, jinkludi wkoll il-provvista ta’ servizzi bħas-servizz ta’ ristorazzjoni permezz ta’ ikel u xorb lill-passiġġieri, is-servizz ta’ alloġġ jew is-servizz ta’ tindif minn impjegati ta’ impriża ta’ servizzi li għandha s-sede tagħha fl-Istat Membru mittenti (l-Ungerija) fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż ma’ operatur ferrovjarju li għandu s-sede tiegħu fl-Istat Membru ospitanti (l-Awstrija), meta dawn is-servizzi huma pprovduti f’ferroviji internazzjonali, li jaqsmu wkoll l-Istat Membru ospitanti? |
2) |
L-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 96/71 ikopri wkoll il-każ fejn l-impriża ta’ servizzi li għandha s-sede tagħha fl-Istat Membru mittenti ma tipprovdix is-servizzi msemmija fl-ewwel domanda fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż mal-operatur ferrovjarju stabbilit fl-Istat Membru ospitanti, li jibbenefika b’mod definittiv minn servizzi (destinatarju tal-provvista ta’ servizzi), iżda fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż ma’ impriża oħra stabbilita fl-Istat Membru ospitanti, li min-naħa tagħha, tkun ikkonkludiet kuntratt mal-operatur ferrovjarju (katina ta’subappalt)? |
3) |
L-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 96/71 ikopri wkoll il-każ fejn l-impriża ta’ servizzi li għandha s-sede tagħha fl-Istat Membru mittenti tuża, fid-dawl tal-provvista tas-servizzi msemmija fl-ewwel domanda, mhux l-impjegati tagħha stess, iżda l-ħaddiema ta’ impriża oħra, li t-tqegħid għad-dispożizzjoni tagħhom issir fl-Istat Membru mittenti? |
4) |
Indipendentement mir-risposti għall-ewwel sat-tielet domanda: id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 56 u 57 TFUE), jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-impriżi li jikkollokaw ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor fid-dawl tal-provvista ta’ servizz l-obbligu li josservaw il-kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 u l-osservanza tal-obbligi anċillari (b’mod partikolari dak dwar id-dikjarazzjoni tal-kollokament transkonfinali ta’ ħaddiema lil awtorità tal-Istat Membru ospitanti u dak dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dokumenti li jikkonċernaw l-ammont tar-remunerazzjoni u l-affiljazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema mas-sigurtà soċjali) ukoll fil-każijiet fejn (l-ewwel nett), il-ħaddiema kollokati b’mod transkonfinali jagħmlu parti mill-persunal mobbli ta’ operatur ferrovjarju li għandu attività transkonfinali jew ta’ impriża li tipprovdi servizzi tipiċi ta’ operatur ferrovjarju (servizz ta’ ristorazzjoni permezz ta’ ikel u xorb lill-passiġġieri; servizzi ta’ alloġġ) fil-ferroviji tiegħu, li jaqsmu l-fruntieri tal-Istati Membru, u fejn (it-tieni nett), il-kollokament ma huwa bbażat fuq ebda kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi jew, tal-inqas, ma huwiex ibbażat fuq kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi konkluż bejn l-impriża mittenti u d-destinatajru tal-provvista ta’ servizzi li jeżerċita l-attività tiegħu fi Stat Membru ieħor, minħabba li l-obbligu li jiġu pprovduti servizzi fuq l-impriża mittenti fir-rigward tad-destinatarju tal-provvista ta’ servizzi li jeżerċita l-attività tiegħu fi Stat Membru ieħor jirriżulta mill-kuntratti ta’ subappalt (katina ta’ subappalt), u fejn (it-tielet nett) il-ħaddiema kollokati ma għandhomx relazzjoni ta’ xogħol mal-impriża mittenti, iżda relazzjoni ta’ xogħol ma’ impriża terza li tqiegħed lill-ħaddiema tagħha għad-dispożizzjoni tal-impriża mittenti fit-territorju tal-Istat Membru tas-sede tal-impriża mittenti? |
(1) Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431).