This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0359
Case T-359/16: Judgment of the General Court of 7 July 2017 — Axel Springer v EUIPO — Stiftung Warentest (TestBild) (EU trade mark — Opposition proceedings — Application for an EU word mark TestBild — Earlier national figurative marks test — Relative ground for refusal — Likelihood of confusion — Similarity of the goods and services — Similarity of the signs — Inherent distinctive character — Article 8(1)(b) of Regulation (EC) No 207/2009)
Kawża T-359/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Axel Springer vs EUIPO – Stiftung Warentest (TestBild) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali TestBild — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti test — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Xebh tas-sinjali — Karattru distintiv intrinsiku — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]
Kawża T-359/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Axel Springer vs EUIPO – Stiftung Warentest (TestBild) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali TestBild — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti test — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Xebh tas-sinjali — Karattru distintiv intrinsiku — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]
ĠU C 277, 21.8.2017, p. 41–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Axel Springer vs EUIPO – Stiftung Warentest (TestBild)
(Kawża T-359/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali TestBild - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti test - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Karattru distintiv intrinsiku - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 277/60)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Axel Springer SE (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Hamacher u G. Müllejans, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Stiftung Warentest (Berlin) (rappreżentanti: inizjalment R. Mann, J. Smid, T. Brach, H. Nieland u A.-K. Kornrumpf, sussegwentement J. Smid, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Mejju 2016 (Każ R 555/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Stiftung Warentest u Axel Springer.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Mejju 2016 (Każ R 555/2015-4) hija annullata, sa fejn hija kkonstatat l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni għal dak li jikkonċerna l-“materjal stampat, b’mod partikolari rivisti test, informazzjoni intiża għall-konsumaturi, prospectus, katalgi, kotba, ġurnali u perjodiċi; materjal istruttiv u għat-tagħlim (minbarra apparat)”, tal-klassi 16 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |