Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0132

    Kawża C-132/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs ILME GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet  — Direttiva 2006/95/KE  — Kunċett ta’ “tagħmir elettriku”  — Marka ta’ konformità CE  — Kejsings għal konnetturi multipolari tal-elettriku)

    ĠU C 135, 5.5.2014, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 135/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs ILME GmbH

    (Kawża C-132/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2006/95/KE - Kunċett ta’ “tagħmir elettriku” - Marka ta’ konformità CE - Kejsings għal konnetturi multipolari tal-elettriku))

    2014/C 135/16

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Köln

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

    Konvenuta: ILME GmbH

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Landgericht Köln – Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 8 u 10, kif ukoll tal-Annessi II sa IV tad-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 374, p. 10) – Kunċett ta’ “tagħmir elettriku” – Projbizzjoni li titqiegħed il-marka ta’ konformità “CE” fuq kejsings għal konnetturi multipolari tal-elettriku mibjugħa bħala unitajiet separati

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kejsings ta’ konnetturi multipolari għal użu industrijali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “tagħmir elettriku”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għandhom ikollhom, konsegwentement, il-marka CE bil-kundizzjoni li l-inkorporazzjoni tagħhom b’mod korrett u konformi mal-użu intiż tagħhom fl-ebda każ ma tkun tista’ twassal sabiex tiġi kompromessa l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti fil-qasam tas-sigurtà li fir-rigward tagħhom ikunu ġew ikkontrollati.


    (1)  ĠU C 164, 08.06.2013.


    Top