Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0405

    Kawża T-405/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Dexia Crédit Local vs SRB

    ĠU C 338, 23.8.2021, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 338/38


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Dexia Crédit Local vs SRB

    (Kawża T-405/21)

    (2021/C 338/48)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Dexia Crédit Local (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. M. Gollier, avukati)

    Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2021 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li għandha r-referenza SRB/ES/2021/22;

    tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 69 tar-Regolament Nru 806/2014 permezz tad-deċiżjoni meħuda sa fejn tiffissa l-livell immirat għas-sena 2021 għal tmienja minn 1,35 % tad-depożiti koperti.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tar-Regolament ta’ Delega 2015/63:

    għal ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn il-kalkolu tal-kontribuzzjoniijet ex ante lill-FUR, l-ewwel, ma huwiex konsistenti mal-għanijiet tar-Regolament Nru 806/2014, it-tieni, ma jieħux inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti hija stabbiliment ta’ kreditu b’ġestjoni estintiv li jibbenefika minn garanzija pubblika u li għalih, fil-prinċipju, qatt ma ser isir applikazzjoni tal-FUR u, it-tielet, jagħmel iktar oneruż ir-riżoluzzjoni b’mod ordnat tiegħu;

    għal ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn jittratta b’mod identiku l-istabbilimenti b’ġestjoni estintiv taħt garanzija pubblika u l-istabbilimenti attivi.

    3.

    It-tielet motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur mis-SRB tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament għall-istess raġunijiet bħal dawk esposti fit-tieni motiv, sa fejn is-SRB ma osservax dawn il-prinċipji meta applika għar-rikorrenti, mingħajr adattament, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Delega Nru 2015/63.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ trasparenza u fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn l-informazzjoni pprovduta ma tippermettix li jiġu eżerċitati utilment id-drittiijet tad-difiża.

    5.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali tal-Artikoli 5, 69 u 70 tar-Regolament Nru 806/2014 sa fejn ġew adottati abbażi tal-Artikolu 114 TFUE filwaqt li mhux inkwistjoni approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet.

    6.

    Is-sitt motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali tal-Artikoli 5, 69 u 70 tar-Regolament Nru 806/2014 sa fejn kienu ġew adottati abbażi tal-Artikolu 114 TFUE minkejja li huma dispożizzjonijiet fiskali.


    Top