This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0672
Case C-672/18: Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État (France) lodged on 29 October 2018 — DN v Ministre de l’Action et des Comptes publics
Kawża C-672/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – DN vs Ministre de l’Action et des Comptes publics
Kawża C-672/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – DN vs Ministre de l’Action et des Comptes publics
ĠU C 25, 21.1.2019, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – DN vs Ministre de l’Action et des Comptes publics
(Kawża C-672/18)
(2019/C 25/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DN
Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva tad-19 ta’ Ottubru 2009 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-qligħ kapitali magħmul mit-trasferiment tat-titoli rċevuti bi skambju u l-qligħ kapitali differit jiġu ntaxxati skont regoli ta’ bażi taxxabbli u ta’ rati differenti? |
2) |
Dawn l-istess dispożizzjonijiet għandhom, b’mod partikolari, jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni fejn it-tnaqqis tal-bażi taxxabbli intiż sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-perijodu li matulu nżammu t-titoli ma japplikax għall-qligħ kapitali differit, fid-dawl tal-fatt li din ir-regola ta’ bażi taxxabbli ma kinitx tapplika fid-data li fiha sar il-qligħ kapitali, iżda japplika għall-qligħ kapitali magħmul mit-trasferiment tat-titoli rċevuti bi skambju, b’teħid inkunsiderazzjoni tad-data tal-iskambju u mhux tad-data li fiha t-titoli mogħtija bi skambju ġew akkwistati? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (ĠU L 310, p. 34).