Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0295

Kawża C-295/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugal) – MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Servizz bi ħlas — Distinzjoni bejn kumpens għad-danni mhux taxxabbli u provvista ta’ servizzi taxxabbli mogħtija wara l-pagament ta’ “kumpens”)

ĠU C 25, 21.1.2019, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugal) – MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-295/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Servizz bi ħlas - Distinzjoni bejn kumpens għad-danni mhux taxxabbli u provvista ta’ servizzi taxxabbli mogħtija wara l-pagament ta’ “kumpens”))

(2019/C 25/09)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont predeterminat irċevut minn operatur ekonomiku f’każ ta’ terminazzjoni bikrija mill-klijent tiegħu, jew għal raġuni imputabbli lil dan tal-aħħar, ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi li jistabbilixxi perijodu minimu ta’ impenn, liema ammont jikkorrispondi għall-ammont li dak l-operatur kien jirċievi matul il-bqija tal-perijodu msemmi fin-nuqqas ta’ tali terminazzjoni, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, għandu jitqies bħala remunerazzjoni għal provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas u suġġetta bħala tali għal din it-taxxa.

2)

Ma humiex determinanti għall-kwalifika tal-ammont predeterminat fil-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi li l-klijent ikollu jħallas f’każ ta’ terminazzjoni bikrija ta’ dan il-kuntratt, il-fatt li l-għan ta’ dan l-ammont fil-forma ta’ somma f’daqqa huwa intiż biex jiskoraġġixxi lill-klijenti milli ma josservawx il-perijodu minimu ta’ impenn u biex jikkumpensa d-dannu li jsofri l-operatur fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dan il-perijodu, il-fatt li r-remunerazzjoni rċevuta minn aġent kummerċjali għall-konklużjoni ta’ kuntratti li jistabbilixxu perijodu minimu ta’ impenn tkun ogħla minn dik stabbilita fil-kuntest tal-kuntratti li ma jistabbilixxux tali perijodu u l-fatt li l-ammont imsemmi jiġi kkwalifikat, taħt id-dritt nazzjonali, bħala klawżola kriminali.


(1)  ĠU C 256, 07.08.2017.


Top