Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 62016TA0427

    Kawżi Magħquda T-427/16 sa T-429/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ Ġunju 2017 – Martín Osete vs EUIPO – Rey (AN IDEAL WIFE ET) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea AN IDEAL WIFE, AN IDEAL LOVER u AN IDEAL HUSBAND — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade marks — Artikoli 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ raġuni ġusta għan-nuqqas ta’ użu”)

    ĠU C 277, 21.8.2017, s. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/42


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ Ġunju 2017 – Martín Osete vs EUIPO – Rey (AN IDEAL WIFE ET)

    (Kawżi Magħquda T-427/16 sa T-429/16) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea AN IDEAL WIFE, AN IDEAL LOVER u AN IDEAL HUSBAND - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade marks - Artikoli 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ raġuni ġusta għan-nuqqas ta’ użu”))

    (2017/C 277/62)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Isabel Martín Osete (Pariġi, Franza) (rappreżentant: V. Wellens, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Danielle Rey (Toulouse, Franza) (rappreżentanti: P. Wallaert u J. Cockain-Barere, avukati)

    Suġġett

    RikorsI ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ April 2016 (Każijiet R 1528/2015-2, R 1527/2015-2 u R 1526/2015-2 R 708/2005-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Rey u Martín Osete.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda

    2)

    Isabel Martín Osete hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


    Op